L-MCAST Bejn Awtonomija u Kontabilita’

Neville Gafa

~ 2 days ago

L-MCAST Bejn Awtonomija u Kontabilita’

Minn Kontributur Partikolari Bin il-Ħaddemin

 

 

Partit Laburista

 

 

Meta l-Partit Laburista taħt it-treġija ta’ Dr Alfred Sant fassal Manifest Elettorali għall-Elezzjoni Ġenerali tal-1996 li għammdu bir-raġun skont it-twemmin Laburista nnifsu ‘Iċ-Ċittadin l-Ewwel’, l-istess Dr. Sant, bniedem li kien jaf sew il-qasam industrijali u x-xogħol, mill-ewwel ħaseb biex fl-istess Manifest jassigura li mhux biss ikun hemm referenża qawwija għall-iskejjel tas-snajja u t-tisħiħ tagħhom iżda fuq kollox biex issir ir-rifondazzjoni tal-MCAST – il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenża u Teknoloġija.

 

Għaliex il-Leader tal-Partit Laburista ried jagħti mportanża lil dawn iż-żewġ oqsma fil-Manifest imsemmi? It-tweġiba sempliċi.

 

 

Peter Serracino Inglott

 

 

Filwaqt li s-saċerdot Peter Serracino Inglott li kien kiteb il-Fehmiet Bażiċi tal-Partit Nazzjonalista kien eskluda u njora kompletament il-ħtieġa li l-pajjiż jibqa’ ikollu skejjel tas-snajja li minnhom issawru ħafna ġuvintur u tfajliet Maltin u Għawdxin u li permezz tagħhom il-gżejjer Maltin kienu kompletament indipendenti mill-ħtieġa li jistrieħu fuq il-ħiliet tal-barranin, liema ħiliet ma kienux lanqas jibdew ma’ tal-Maltin, Dr Sant ta’ akkademiku li kien, ried li jieħu dawn is-snajja fil-livell li jmiss permezz tal-MCAST.

 

Fil-fatt, waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li kien ħa l-Kabinett ta’ Dr Sant fl-1996 kienet li jitwaqqaf Steering Committee taħt l-awspiċi ta’ dak li kien il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Kultura Nazzjonali biex iħejji l-pjanifikazzjoni kollha meħtieġa biex l-MCAST jitwaqqaf kif għandu jkun. Bla dubju dibattitu ħaj li kellu dan il-Kumitat kien dwar x’imkejjen kien ser ikollu bżonn biex jopera minnhom, x’courses kien ser joffri, x’mewġa ta’ teknoloġija tal-informatika kien ser ikollu bżonn biex jikkonvinċi żgħażagħ li kienu fi skejjel tas-snajja u oħrajn li ‘l quddiem jagħmlu l-pass li jmiss u jissieħbu fi programm edukattiv biex ikomplu jtejbu l-ħiliet edukattivi u vokazzjonali tagħhom.

 

 

Alfred Sant

 

 

It-twaqqif tal-MCAST kellu sfida wkoll dwar min kien lest li jgħallem fi ħdanu barra mill-ħtiġijiet finanżjarji li kienu ser jitfaċċaw meta Malta dak iż-żmien kienet qiegħdha tiffaċċja ħofra ta’ flus kbira li ħalla warajh il-Partit Nazzjonalista bejn l-1987 u l-1996 fejn l-istess Partit fil-Gvern kien ħatt ir-riżervi kollha tal-pajjiż u kull sena Malta kienet qiegħdha tesperjenża defiċit fil-kontijiet pubbliċi tagħha u beda’ jerfa’ rasu d-dejn.

 

 

Ħadd ma jista’ jinsa li kien l-Ex Ministru tal-Finanżi John Dalli li f’Ġunju tal-1995 kien stqarr f’Memorandum lill-Kabinbett ta’ Eddie Feenech Adami li s-sitwazzjoni finanżjarja tal-pajjiż kienet ser issir insostenibbli u kien ikun aktar għaqli li jibda’ jitrażżan l-infieq, bil-konsegwenża li dak iż-żmien l-istess Fenech Adami kien ħa deċizzjoni li jressaq budget fil-Parlament għas-sena 1996 iżda ma jressaqx ieħor peress li kien qed jara li verament il-finanżi ma kienux fis-sod. L-MCAST iżda fuq kollox kien jeħtieġ prinċipji ta’ governanża sodi. Kien hawn iżda li f’dan il-Kumitat imwaqqaf b’deċizzjoni tal-Kabinett li kienu qamu diverġenżi.

 

 

John Dalli

 

 

Filwaqt li l-Kumitat kien iżjed kawt dwar kif kellhom jiġu amministrati l-fondi u l-kapital kollu li kien ser ikollu għad-dispozizzjoni tiegħu bħala stituzzjoni partikolarment fl-infanżja tiegħu, il-Ministru responsabbli ta’ dak iż-żmien Evarist Bartolo ried li l-MCAST ikollu awtonomija sħiħa wgwali għal dik li kellha l-Universita’ immexxija qabel mis-saċerdot Peter Serracino Inglott. Kulħadd kien konxju f’dak il-Kumitat li meta l-Gvern ikun qed jistabilixxi entita’ pubblika, ikun meħtieġ li fl-ewwel snin ikun attent ħafna dwar kif fil-verita’ ser ikunu ġestiti r-riżorsi kollha mhux lanqas dawk finanżjarji.

 

Inħolqot dikotomija sħiħa bejn kontabilita’ u awtonomija bil-konsegwenża li wara l-elezzjoni tal-1998, il-Partit Nazzjonalista b’Louis Galea Ministru tal-Edukazzjoni u qarib ħafna ta’ Peter Serracino Inglott kompla jibni fuq in-narrativa tal-awtonomija li kien imbotta b’saħħa kbira Evarist Bartolo.

 

Dak li assistejna għalih dawn il-ġranet dwar abbużi serji, frawdulenti u tat-tkexkix ġol-MCAST huwa biss riżultat tan-nuqqas ta’ viżjoni fejn tidħol kontabilita’ min-naħa ta’ Evarist Bartolo li jibqa’ magħruf bħala persuna akkademikament kapaċi iżda li għandu nuqqasijiet kbar fit-tmexxija u li jħalli min jgħawwieħ għal dawk li jkunu jridu li l-affarijiet isiru sew.

 

 

Clifton Grima

 

 

Għaldaqstant, mhux ġust xejn il-fatt li hawn min qed jipprova jitfa’ ir-responsabbilta’ politika ta’ dak li ġara fl-MCAST fuq il-Ministru preżenti Dr. Clifton Grima li bla dubju meta ħadem bħala Segretarju Parlamentari taħt Evarist Bartolo bħala Ministru tgħallem ħafna iżda zgur intebaħ li mhux kull ma jleqq hu deheb u li bħala politiku li jkollok responsabbilta’ tal-infieq mit-taxxi taċ-ċittadini, trid tkun konxju li tassigura li l-affarijiet isiru sew u mhux bl-għajta tal-awtonomija, l-esperiment isir vizzju u kollox jispiċċa zopp u batut.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *