Gvern Laburista: garanzija ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Gvern Laburista: garanzija ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar

Meta l-poplu Malti u Għawdxi jafda l-futur tiegħu f’idejn Gvern Laburista, jaf eżatt x’qed jagħżel: serħan tal-moħħ, sigurtà soċjali u kwalità ta’ ħajja dejjem aħjar għalih u għall-familja tiegħu. 

 

 

Investiment fil-familji

 

Gvern Laburista baqa’ jmexxi bl-għaqal u b’viżjoni ċara u qiegħed il-familja fil-qalba tad-deċiżjonijiet tiegħu. Minn miżuri ta’ benefiċċji soċjali u childcare b’xejn, sal-għajnuna kontinwa fil-prezzijiet tal-enerġija u l-kontijiet, kull pass sar sabiex jingħata serħan il-moħħ lill-familji Maltin u Għawdxin. 

 

 

Tkabbir ekonomiku u pagi aħjar

 

Tnax -Il sena ilu, ħadd ma kien jistenna l-livell ta’ prosperità li għandna llum. Gvern Laburista wettaq rivoluzzjoni li wasslet għal tkabbir ekonomiku rekord, paga minima ogħla u aktar opportunitajiet ta’ xogħol. Dan kollu jfisser li l-familji jistgħu jgħixu ħajja dinjituża, fejn il-ġenituri ma jibżgħux li ma jlaħħqux mal-kontijiet.

 

 

Saħħa u edukazzjoni fuq quddiem

 

Kwalità ta’ ħajja aħjar tfisser ukoll kura tas-saħħa ta’ livell għoli u edukazzjoni aċċessibbli għal kulħadd. Illum, taħt Gvern Laburista, għandna servizz tas-saħħa b’saħħtu, li jibqa’ b’xejn għal kulħadd. Fl-edukazzjoni, qed isiru investimenti kbar biex it-tfal tagħna jkollhom l-aqwa opportunitajiet u jkunu jistgħu jikbru b’għarfien u b’ħiliet tal- livell għoli.

 

 

 

 

Gvern qrib in-nies

 

Il-poplu jaf li l-Gvern Laburista mhux biss imexxi minn Kastilja, iżda jinsab preżenti fil-komunitajiet, fil-lokalitajiet, f’kull raħal u f’kull belt. Din hija l-akbar garanzija li l-politika tagħna mhijiex mibnija fuq kliem vojt, iżda fuq sens ta’ dmir lejn il-poplu.

Illum, meta wieħed iħares lejn Malta u Għawdex, jara pajjiż li għamel qabża ’l quddiem fil-kwalità tal-ħajja. Il-Gvern Laburista jibqa’ t-tarka tal-familji Maltin u Għawdxin, u garanzija li l-ġejjieni jkun wieħed b’saħħtu u aħjar għal kulħadd.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *