Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Sharon Ellul Bonici fl-etá ta’ 55 sena. Sharon kienet omm ta’ tlett itfal. Ftit snin ilu ġarrbet il-mewt ta’ binha, traġedja inspjegabbli. Għax ma hawn xejn aktar ta’ dulur meta l-ġenituri jidfnu lil uliedhom.
Nagħtu l-kondoljanzi lill-familja.
Ftit tal-ħin ilu hekk kif spiċċajt minn jum ta’ ħidma, dħalt fuq il-media soċjali u rajt kumment ta’ ċertu Mandy Mallia.
Mandy Mallia tiġi oħt Daphne Caruana Galizia, Ir- Reġina tal- Mibgħeda.

Mandy Mallia
Irriflettejt dwar dak li kitbet Mandy Mallia fuq il-mibkija Sharon Ellul Bonici.
Ikolli nammetti li kemm ilni nikteb dwar il-familja Caruana Galizia kont żbaljat. Kont żbaljat għaliex sa issa kont għadni ma ntbaħtx dwar punt importanti ħafna.
Il-familja Caruana Galizia dejjem kienet meqjusa familja riservata. Dan il-kunjom tħammeġ u ġie assoċjat mal-Mibgħeda hekk kif Peter Caruana Galizia, raġel eżemplari, tħallat mal-familja Vella u żżewweġ lil binthom Daphne.
Minn familja rrispettata spiċċat imtebba u assoċjata mal-Mibgħeda.
Illum ngħid bla tlaqliq li l-ġenituri ta’ Daphne u ħutha kienu l-għerq li nissel il-Mibgħeda f’qalb uliedhom. B’mod speċjali ommhom.

Il- familja Vella
Michael Alfred Vella u martu Rose Marie Vella (née Mamo) huma l-għerq tal-Mibgħeda li sawret lill-erba’ uliedhom f’persuni mimlija odju li qatt ma rajna bħalu.

Michael Alfred Vella u martu Rose Marie Vella flimkien ma uliedhom u in-neputijiet
Ommhom Rose Marie kienet mara mimlija Mibgħeda. Sa minn ċkunithom, uliedha kibru f’ambjent odjuż. Ġew mgħallma jobgħodu lil kull min huwa differenti minnhom. Irrelevanti intix Laburist jew Nazzjonalist. Familja elitista estrema li anke l-istess avukati tagħhom jikkumentaw kif anke magħhom jitkellmu b’ sens ta’ superjorita’.
Fl- artiklu li jmiss ngħidilkom aktar.