Xahrejn Ilu, il-PN Tilef l-Elezzjoni Ġenerali li Jmiss

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Xahrejn Ilu, il-PN Tilef l-Elezzjoni Ġenerali li Jmiss

Fl- 24 ta’ Ġunju 2025, dan is-sit iddikjara li dak il-jum jista’ jibqa’ mfakkar bħala l-jum li l-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni ġenerali li jmiss.

 

Dakinhar, Adrian Delia ħabbar uffiċjalment l-intenzjoni tiegħu li jerġa’ jikkontesta għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dan l-iżvilupp wasal b’sorpriża għal ħafna iżda wkoll bi tħassib għal maġġoranza tan-Nazzjonalisti.

 

 

Adrian Delia

 

Hekk kif il-Partit Nazzjonalista għadu qed jissielet biex jirkupra wara diversi telfiet elettorali u perjodi twal ta’ ġlied intern, kull Nazzjonalist jaf li Adrian Delia ġab l-agħar riżultati għall-PN f’kull elezzjoni ġenerali li mexxa l-Partit, kif ukoll fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2019, fejn saħansitra l-PN kien tilef t-tielet siġġu. Meta mqabbla ma ta’ Delia, ir-riżultati ta’ Bernard fl-2024 kienu eċċezzjonali.

 

B’ hekk, il-24 ta’ Ġunju 2025 jista’ jibqa’ mfakkar bħala dak il-jum li l-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *