Dalgħodu rajna ritratti ta’ Charles Bonello, Adrian Delia, Bernard Grech, Alex Perici Calascione u Alex Borg flimkien.
Dan waqt li Bernard Grech sellem lill-impjegati tal-Partit Nazzjonalista u ta’ NET Media hekk kif qed tintemm il-kariga tiegħu bħala Kap.
Dak li mhux jindunaw in-Nazzjonalisti hu li dan mhux sempliċi ritratt ta’ kortesija, iżda l-prova ċara ta’ x’inhu jistennihom: dan huwa t-team li se jwassal lill-Partit Nazzjonalista lejn telfa massiva fl-elezzjoni ġenerali ta’ ftit xhur oħra.