Ftit wara li bdiet il-kampanja għal ħatra ta’ Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia ħafer lill-establishment u fforma koalizzjoni magħhom bil-għan li jerġa’ jilħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Pożizzjoni li kienet se tkun ta’ serħan finanzjarju għalih. Kienu Delia ġie maħtur Kap, il- Partit Nazzjonalista kien se jkollu jħallas għal manteniment ta’ martu u ta’ uliedu. Dan is-sit kien anke għamel il- kalkoli u kien wera’ biċ-ċar li l-paga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni ma kienetx se tkun biżżejjed għal Delia.
Iżda lil hinn minn dan, f’dan l-artiklu se nkunu qed nitkellmu dwar dak li kien moħmi għal Delia mill-istess establishment li ngħaqad miegħu f’din it-tellieqa.
L-Establishment Nazzjonalista kif ukoll l-estremisti kellhom pjan – dak li jgħinu lil Delia jilħaq Kap għal dawn il-ftit xhur, imorru bih għall-elezzjoni ġenerali, biex wara telfa oħra jeħilsu minnu darba għal dejjem. B’hekk l-Establishment ikunu reġgħu pattewhielu u fl-istess waqt ħelsu minnu darba għal dejjem. Ta’ ħmar li hu, dan kollu Delia ma raħx ġej, u spiċċa nqela’ f’żejtu.

Adrian Delia
Iżda b’sorpriża għall-Establishment, Alex Borg laħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista. B’hekk b’dan ir-riżultat, Delia spiċċa irrelevanti u fl-istess waqt ħelsu minnu bosta xhur qabel ma kien ippjanat.
Adrian Delia se jibqa’ magħruf bħala wieħed mill-aktar politikanti ħmir fejn tidħol strateġija politika. Fl-istess waqt se jibqa’ mfakkar għal kapaċità politika li waslitu jagħmel lilu nnifsu irrelevanti.