Fil-Partit tal-kodardi kolha jistaħbew wara xulxin. Meta r-Reġina tal-Gwerer beżgħet tikkontesta għal Kap tal-PN għax taf li Robert Abela se jimsaħ l-art biha, staħbiet wara Adrian Delia u taghtu appoġġ sħiħ li ma sewa għalxejn għax xorta tilef.

Roberta Metsola
Dan juri wkoll kif Metsola kienet l-ikbar telliefa f’din l-elezzjoni, mhux biss għax kienet kodarda u ma kkontestatx, iżda wkoll għax lil min appoġġjat baqa’ l-art.
Iżda anke Delia qed jistaħba wara xi ħadd. Fil-Partit tal-kodardi Adrian Delia staħba wara l-campaign manager tiegħu Paul Borg biex taparsi mhux hu għamlu l-iment iżda n-nies tiegħu.
Dan is-sit għandu informazzjoni soda li Delia għaqqad il-ponn u hedded kemm felaħ is-Sibt bil-lejl sakemm ħareġ ir-riżultat.
Iżda issa bħala bniedem kodard qed jistaħba wara l-campaign manager tiegħu Paul Borg.
Adrian Delia hedded u sabbat kemm felaħ li kien se jiftaħ kawża, iżda issa qed jibża’ u qed jistaħba wara Paul Borg.