Tista’ Ma Taqbilx Magħna Imma Magħna Taħdem

Neville Gafa

~ 22 hours ago

Tista’ Ma Taqbilx Magħna Imma Magħna Taħdem

Minn Kontributur Partikolari Bin Il-Ħaddemin

 

 

 

Ħadd bla dubju li għandu għal qalbu t-tmexxija eċċellenti li mexxa biha Dr. Joseph Muscat kemm meta kien Kap tal-Opposizzjoni kif ukoll mill-2013 ‘l quddiem bħala Prim Ministru, ma jista’ jinsa frażi li l-istess Dr. Muscat kien jirrepeti kontinwament: ‘Tista’ Ma Taqbilx Magħna Imma Magħna Taħdem’.

 

Dak li qegħdin naraw joħroġ fil-beraħ fil-konfront tal-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista fis-Siġġiewi Francine Farrugia fil-qerq tagħha biex tisloħ il-kaxxa ta’ Malta u tfaqqar l-istituzzjoni tal-MCAST, flok tali flus marru għall-ġid t’ulied il-ħaddemin marru f’butha. Hu ezempju ċar ta’ dak li dejjem stqarr Dr. Joseph Muscat – Magħna Taħdem.

 

 

Francine Farrugia

 

 

Francine Farrugia ġiet impjegata mal-MCAST fl-2019 wara li kienet ilha tirremmetti kontra l-Partit Laburista u l-Mexxej tiegħu snin twal, iżda li peress li fis-CV li hi ppreżentat mal-applikazzjoni tagħha stqarret li għandha l-kompetenżi meħtieġa biex taqdi role partikolari fl-istess istituzzjoni, hi ngħatat l-impieg. Irid jingħad ukoll li minkejja li ngħatat l-impieg fi żmien amministrazzjoni mmexxija mill-Partit Laburista, anke l-Board tal-Għażla tagħha għal tali mpieg kien kostitwit mill-brimb u l-għanqbut nazzjonalisti ġol-MCAST bil-konsegwenża li ovvjament din Farrugia ngħatat l-impieg.

 

Mhux biss, imma din Farrugia taħt l-istess amministrazzjoni Laburista fl-MCAST bil-qarnit tan-nazzjonalisti saħansitra ngħatat promozzjoni u għaldaqstant kienet f’qagħda li ġġib fix-xejn il-fondi għal pagi u s-salarji tal-MCAST peress li kif s’issa rrizulta ġibdet izjed minn Ewro 2.3miljuni favur il-kontijiet bankarji tagħha.

 

 

 

 

Farrugia hi serp nazzjonalista li issa qed tara kif ħbieb tal-ħbieb nazzjonalisti jġibu flimkien is-somma ta’ Ewro 50,000 biex tkun tista’ toħroġ mill-ħabs bi pleġġ izda kull min jaf x’bażwir wettqet Farrugia ġol-MCAST, ma jridx li b’xi mod jiċċappas magħha u jislifha flejjes biex tagħmel depożitu l-Qorti kontra l-pleġġ tagħha.       

 

Minn dak li ħareħ s’issa fil-pubbliku zgur li Gvern ta’ Robert Abela irid jieħu lezzjoni kbira li ma jafdax iżjed lil nies bħal Francine Farrugia f’karigi fis-Servizz Ċivili u s-Settur Pubbliku. Minkejja li l-Partit Laburista mhux ser jirrepeti dak li kien qal lura fl-1992 Austin Gatt bħala Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista meta stqarr li mill-grad ta’ Segretarju Permanenti ‘l isfel jekk ma tkunx tappartjeni għall-Partit Nazzjonalista m’għandek tingħata ebda kariga fis-Servizz Ċivili mkien, bla dubju dak li ser inkomplu nisimgħu fil-ġimgħat li ġejjin dwar il-kaz Francine Farrugia ser iġibilna għajnejna wara widnejna u hu l-oppost ta’ x’suppost ġara skont il-mibki Segretarju Ġenerali tal-PN biċ-ċingi u s-sigarru ġo Marsalforn Għawdex.

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala September 14, 2025

    Fil-pulitica min mux miejak bil fors contra tiejak ikun, u ghawnek mux qed nitkelmu fuq simpliciment opinioni differenti.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *