Ġie ippublikat ir-rapport “The Government’s rescission of restrictions on the site of the Fortina Hotel” mill-Awditur Ġenerali.
Dan huwa rapport bla skrupli, miktub biex jagħmel ħsara lil intrapriża privata u lill-Gvern.
Għaliex bla skrupli?
Ghaliex jagħmel sensiela ta’ suppożizzjonijiet fuq x’seta’ għamel bniedem (eks imħallef) li llum ġie nieqes u allura ma jistax jispjega x’verament ġara.
Il-proċedura għal dan il-kuntratt kienet skont il-liġi dwar l-artijiet tal-Gvern, u l-valutazzjoni tat-tibdil fil-kundizzjonijiet ġiet stmata minn tliet periti li ma jiffurmawx parti mill-Awtorità tal-Artijiet u skrutinizzata mill-Bord tal-Gvernaturi tal-istess awtorità.
Aktar dettalji fl- artiklu li jmiss.