Dr. Joseph Muscat : Ir-rapport tal-Fortina

Neville Gafa

~ 3 hours ago

Dr. Joseph Muscat : Ir-rapport tal-Fortina

Kieku l-NAO ħaseb li kelli xi involviment dirett fil-ftehim, jien ċert li kienu jgħidu hekk. Ukoll, kieku riedu jagħmlu kumment dwari, jien ċert ħafna li ma kinux jgħidu “uffiċjali fi ħdan il-Gvern”.

 

Wara li għidt dan, insib li r-rapport tal-NAO mhux konsistenti, fejn saħansitra jmur kontra l-kalkoli li saru mill-NAO nnifsu f’rapporti preċedenti u li issa qed jiġu kontradetti. Barra minn hekk, dan saħansitra jikkontradixxi l-leġiżlazzjoni attwali li tirregola l-valutazzjonijiet li ma ġietx ikkontestata, u għalhekk aċċettata, mill-Parlament kollu. Nistenna bil-ħerqa li xi ħadd joħroġ bil-valutazzjoni skont l-Avviż Legali attwali u jqabbilha mal-valutazzjoni li qed tiġi skrutinizzata. Dan huwa eżerċizzju neċessarju li peress li l-NAO naqas milli jagħmel, għandu jsir mill-Gvern jew mill-midja.

 

Irrid nikkonkludi billi ngħid li nsib il-mod kif inkiteb ir-rapport bħala wiehed li jonqos mir-rispett, meta jitfa’ kollox fuq eks membru tal-ġudikatura b’esperjenza li miet u ma setax jiddefendi lilu nnifsu. Jiena aktar minn ċert li kieku l-Imħallef Farrugia Sacco kien għadu ħaj, kien iwieġeb b’mod solidu ħafna għal ħafna suppożizzjonijiet u dikjarazzjonijiet li hemm fir-rapport. Filwaqt li l-awtur tar-rapport tal-NAO jiddikjara li hemm limitazzjoni serja f’dak li seta jkun investigat, huwa stess jinjora dan kompletament, bil-qarrej bilkemm jirrealizza li min ħa d-deċiżjonijiet ewlieni miet u ma kienx kapaċi jagħti r-rakkont tiegħu tal-ġrajjiet.

 

______________________________

 

Had the NAO thought I had any direct involvement in the deal, I am sure they would have said so. Also, had they wanted to make a remark about me, I am very positive they would have not said “officials within Government”.

 

Having said that, I find the NAO report to be lacking in method where it even goes against calculations made by the NAO itself in previous reports and which are now being contradicted. Furthermore, it even contradicts the current legislation governing valuations which was not challenged, and thus accepted, by the entire Parliament. I look forward to someone coming up with the valuation according to the current Legal Notice and comparing it to the valuation under scrutiny. That is a necessary exercise that since the NAO failed to do should be embarked upon by Government or the media.

 

I must conclude by saying that I find the way in which the report was written to be in very bad taste, burdening everything on a seasoned former member of the judiciary who has passed and could not defend himself. I am more than sure that had Mr Justice Farrugia Sacco still been alive, he would have replied very solidly to many assumptions and loaded statements in the report. While the author of the NAO report states there is a serious limitation in scope, he goes on to totally ignore it, with the reader barely realizing that the main decision maker died and was not able to give his account of events.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. saviour stivala September 17, 2025

    Tal-Labour inklus iny GAFA haqna izjied min ekk ghax min mux maghna jista jahdem maghna, f’kelma wahda kullhadd jista jahdem maghna, anke dik il-bejta srip li emm fil NAO.

    Reply
  2. Joey September 17, 2025

    Fir-rapport tagħha fuq dan is-suġġett it-Times, li nies bħali timblukkhom milli jiktbu, tħalli is-soliti trolls tagħha jiktbu b’ferniżija li tqallek, jivvumtaw ħdura qarsa kontra Joseph Muscat. Dan kollu għax jobgħoduħ talli bis-saħħa tiegħu l-PN tagħhom għadu ma jistgħax jirbaħ elezzjoni waħda li hi waħda. It-Times se tibqa landa taż-żibel fejn tirrigwardja l-politika Maltija. Taparsi indipendenti!

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *