Rapport tal-Awditur Ġenerali li Joħloq Preċedent Perikoluż

Neville Gafa

~ 11 hours ago

Rapport tal-Awditur Ġenerali li Joħloq Preċedent Perikoluż

Ir-rapport “The Government’s rescission of restrictions on the site of the Fortina Hotel” huwa rapport bla skrupli, miktub biex jagħmel ħsara lil intrapriża privata u lill-Gvern. 

 

Ir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista u l-akkolti tiegħu kienet waħda ta’ xokk. Iżda jekk hemm xokk li joħroġ minn dan ir rapport huwa l-istima inkredibbli ta 24 miljun għal tomna art li hija l-aktar waħda gholja!

 

Għax jissemmew diversi oħrajn. U dan lanqas biex tinxtara l-art mill-ġdid tafux, imma biex jitneħħew kundizzjonijiet minn fuq biċċa art żgħira li kienet ilha għand il-fortina sa mid-disgħinijiet!

 

 

 

 

Dan huwa prezz li qatt ma ssemma’ f’Malta jew qatt inxtrat xi art b’dak il-prezz.

 

Jikkonfermaw dan diversi intrapriżi involuti fil-qasam tal-propjetà li ma jistgħux jifhmu kif rapport tal-Awditur Ġenerali qisu hu stess qed jispekola l-prezz tal-art u nieqes minn kull sensittivita kummercjali.

 

Dan se jkun qed joħloq preċedent perikoluż hafna.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *