Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg kien intervistat mill-ġurnalist tal-MaltaToday Karl Azzopardi f’waħda milll-attivitajiet b’rabta mal-Indipendenza li qed isiru fi Pjazza Tritoni.
Meta mistoqsi dwar dwar jekk hux se jitlob li jitħassar il-kuntratt tal- Fortina, Alex Borg evita kemm jista’ li jwieġeb u saħansitra pprova jiddevja l-argument.
Dan kollu juri kemm Alex Borg huwa falz kif ukoll kemm għaġġel meta fost il-ġimgħa ħareġ jattakka lill-Gvern ħames minuti biss wara li r-rapport ġie ppubblikat.

Beppe Fenech Adami
Juri wkoll kemm Alex Borg huwa mmexxi minn Beppe Fenech Adami u l-Establishment Nazzjonalista, għaliex wara kif tkellem waqt din l-attività wera’ biċ-ċar kemm tlett ijiem fil-Parlament kien kostrett jitkellem kif tkellem.
Shadow Cabinet
Meta kien mistoqsi dwar ix-Shadow Cabinet, huwa spjega kif bħalissa għaddejja diskussjoni mad-Deputati u li qed ikompli joħroġ biċ-ċar li l-Partit Nazzjonalista huwa partit magħqud. Din hija gidba oħra ta’ Alex Borg, hekk kif sa ftit sigħat wara li kien elett Kap, huwa kien diġà ppjana dwar kif se jkun magħmul ix-Shadow Cabinet.
Tajjeb li nfakkru li kien dan is-sit li żvela kif se jkun kompost ix-Shadow Cabinet ta’ Alex Borg. Dan fuq struzzjonijiet tal-Kap de Facto Beppe Fenech Adami.
Beppe Fenech Adami kelliem ewlieni għall-Intern
Rebecca Borg ghall-Affarijiet Barranin
Ryan Callus is-settur tal-Enerġija
Toni Bezzina l-Infrastruttura
Joe Giglio kelliem ewlieni dwar il- qasam tal-Ġustizzja, kariga li għaliha qed isabbat saqajh id-Deputat estremista Karol Aquilina.