Tiftakru kemm għamlu storbju n-Nazzjonalisti meta Sandro Chetcuti kien qal ‘make hay while the sun shines’? Bil-Malti tiġi tradotta bħala “għamel it-tiben waqt li x-xemx tiddi”, u permezz tas-Sinjura Cabourdin se tkunu tafu kif taħt il l-Labour kulħadd għamlu t-tiben u kulħadd gawda anke dawk li jobżqu l-ħdura kontra l-Gvern.
Permezz ta’ Sabrina Cabourdin se tindunaw kif taħt il-Labour ix-xemx titla għal kulħadd u mhhx biss għal erba’ kuntratturi tal-qalba tal-JS list ta żmien il-PN.
Se tindunaw kif taħt il-Labour kulħadd pappieha tajjeb u qala’ lira tajba, mhux Laburisti biss iżda anke Nazzjonalisti bħal Cabourdin u żewġha li huma negozjanti żviluppaturi.
Issa se tkunu tafu kif Sabrina Cabourdin għamlet it-tiben waqt li tiddi x-xemx Laburista, u għamlet tiben kemm felħet u mxiet mal-parir ta’ Sandro Chetcuti.
Minn issa ‘l quddiem Sabrina Cabourdin se nsejħulha ‘Mrs Make Hay while the Sun Shines.’
Għax hekk għamlu hi u żewġha.
Araw kemm marret tajjeb taħt il-Labour Mrs Cabourdin Make Hay while the Sun Shines u għalhekk għandkom tivvotaw Labour.