Karol Aquilina : Il-ħuta ż-żgħira li qed tippretendi apoloġija ta’ One News

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Karol Aquilina : Il-ħuta ż-żgħira li qed tippretendi apoloġija ta’ One News

Karol Aquilina, Il-ħuta ż-żgħira li kabbar il-Partit Laburista meta għal bosta xhur sħaħ mexxa n-narrattiva li huwa l- Kap de Facto tal-PN, illum kellu l- ardir jgħid lill-ġurnalisti ta’ One News li jippretendi apoloġija mingħandhom.

 

 

 

 

Onor. Karol Aquilina, jekk hawn xi ħadd li għandu jagħmel apoloġija huwa INT, għall- arroganza u l-mibgħeda li għandek fil-konfront tal-Laburisti.

 

Nies bħalek aħna kuntenti bikom, għaliex tkomplu ssaħħu lill-Partit tagħna. Sfortunatament, kien l-istess Partit Laburista li nefħek u tak prominenza żejda.

 

 

 


Bħal ma diġà ktibt fl-aħħar xhur, Karol Aquilina bħal ħuh Robert u Manwel ‘Mossad’ Delia huwa ħuta żgħira. Jekk il-Partit Laburista se jibqa’ jindirizza lil Karol Aquilina b’dan il-mod, allura qed jattakka l-ħuta ż-żgħira u fl-istess waqt jinsa r-ras tal-qarnita tal-Partit BFA.

 

Nerġa ngħid – Karol Aquilina huwa ħuta żgħira. Ir-ras tal-qarnita Nazzjonalista hija l-familja Fenech Adami mmexxija minn Beppe.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *