Cassola Irid Pitch tal-Boċċi flok il-Fortina

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Cassola Irid Pitch tal-Boċċi flok il-Fortina

Fi programm fuq it-TVM, il-Professur Arnold Cassola “tal-bajd barra” ħareġ b’ waħda minn tiegħu – irid pitch tal-boċċi flok il-Fortina.

 

Issa apparti li din l-art ilha għexieren ta’ snin tal-privat, kif tiġij f’moħħok li fl-2025 għandu jkun hemm pitch tal-boċċi f’dik iż-żona, ħadd ma jista’ jifhem.

 

Biex inkunu korretti mal-Professur, huwa jgħid li darba kien hemm pitch tal-boċċi u l-Fortina “serquh”. Anke hawn skorett għax l-art li fuqu kien hemm il-pitch għexieren ta’snin ilu, kienet diġà tal-Fortina, u għaldaqstant ma serqu xejn!

 

 

Arnold Cassola

 

 

Kellhom ‘qbil’ li dan il-pitch iżommu għax Ministru Nazzjonalist dak iż-żmien kellu xi kostitwenti anzjani li kienu jilgħabu hemm. Maż-żmien dawn ġew nieqsa kollha, u il-famuż boċċi pitch tal-Professur Cassola spiċċa żdingat u mitluq bħalu.

 

Illum dan l-ispazju ġie integrat fi pjazza mill-isbaħ għat-tgawdija tal-pubbliku. Jiġifieri l-pitch tal-boċċi li jrid Cassola m’ għadux hemm, iżda floku hemm parti minn pjazza pubbliku u wieħed mill-akbar green walls f’pajjiżna.

Jiddispjacina mal-Profs Cassola li jrid jilgħab bil-boċċi u ma jistax.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *