Fil-jiem li għaddew sirna nafu li Il-Magistrat Gabriella Vella, dik li mexxiet l-inkjesta tal-isptarijiet li swiet €11 -il miljun u issa l-esperti li kitbuha ma jridux jixdhu fil-Qorti, qed tippretendi li tingħata promozzjoni għal Imħallef.
Dan kien ilu ppjanat aktar minn sena, però din baqgħet ma għamlitx il-pass qabel għal raġuni waħda u li se nkunu qed nesponu biċċa biċċa.
Issa li tkellmu u kkumentaw bosta dwar din l-aħbar, dan is-sit se jkun qed ifakkar dwar min verament hi Gabriella Vella u kif mexxiet l-Inkjesta Maġisterjali tal-Isptarijet.
Mela f’Jannar li għadda sirna nafu l-logħba maħmuġa li ntlagħbet fil-Qorti.
Repubblika kienu talbu l-inkjesta dwar l-isptarijiet fl-2019. Joseph Muscat ma jissemma’ mkien.

Joseph Muscat
F’ Novembru 2021 jidhru artikli dwar konsulenza li Joseph Muscat ħa għal xogħol li għamel wara li spiċċa minn Prim Ministru. Dakinhar, Repubblika ħarġu bħas-soltu jiktbu biex issir investigazzjoni. Iżda fejn issoltu jiktbu lil Maġistrat, din id-darba kitbu lil Kummissarju tal-Pulizija.
Waqt ix-xhieda tiegħu fil-kawża ta’ Dr. Joseph Muscat dwar ir-rikuża tal-Maġistrat Gabriella Vella quddiem l-Imħallef Giovanni Grixti, Robert Aquilina kien xehed li dan għamluh fuq parir legali. Jiġifieri b’ mod maħsub.
Għaliex qed ngħid hekk?
Għax kieku dakinhar kitbu lil Maġistrat Gabriella Vella, din kien ikollha bilfors tibgħat kollox għand Maġistrat ieħor. Dan kien jagħti dritt lil Joseph Muscat jiddefendi lilu nniffsu, xi ħaġa li GABRIELLA VELLA ma rieditx akkost ta’ kollox.

Repubblika hija l-fergħa estrema tal-Partit Nazzjonalista
Meta kitbu lill-Kummissarju, Repubblika kienu jafu li l-Maġistrat ordnatlu biex jimxi biss fuq id-direzzjonijiet tagħha. Allura lanqas l- istess Kummissarju ma seta’ jmur għand Maġistrat ieħor.
Ikkapparrat kollox GABRIELLA VELLA u rrifjutat li tisma’ lil Joseph Muscat. Dan kollu biex issir it-tfittxija fuqu u fuq familtu fid-dar tiegħu, b’ Robert Aquilina, dak li kien akkużat bi vjolenza domestika u arrest illegali ta’ martu, jeċita ruħu barra d-dar ta’ Dr. Muscat.
Ħadma Maġisterjali bil-fjokki li m’aħna se ninsew qatt.
Issa din l-istess Maġistrat qed tippretendi li tilħaq Imħallef.
Fl-artikli li jmiss se nkomplu nfakkru min hi l-Maġistrat Gabriella Vella.