Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għal Ġustizzja ilu aktar minn sena jiġi umiljat minħabba l-każ ta’ Daniel Meli li ġie mitlub jintbagħat l-Amerka biex jiffaċċja proċeduri kriminali dwar hacking.
Fil-bidu, l-avukat ta’ Meli kien Joe Giglio, li taħ parir ħażin biex jaċċetta li jmur l-Amerka u jdabbar xi għaxar snin ħabs.

Joe Giglio
Wara li ħa l-parir ħażin ta’ Giglio, appella mis-sentenza wara li bidel l-avukat. L-appell intlaqa’ mill-Imħallef Grixti li ordna li Meli ma jintbagħatx l-Amerka.
Bil-parir ħażin tiegħu, Joe Giglio tefa’ lil Daniel Meli f’inkwiet kbir u jiffaċċja ħames snin ħabs fuq kull akkuża b’ total ta’ 7 akkużi ġewwa l-Amerka.
Il-Bambin refgħu minn xagħru meta bidel l-avukat.
Dan kollu juri bl-inkompetenza ta’ Joe Giglio fil-qasam tal-ġustizzja anke bħala avukat.