Waqt li bdejt naqra dak li ħareġ aktar kmieni llum waqt il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, dlonk ftakart f’dak ir-reklam ta’ snin ilu – “Tal-Għodda Reġa’ Għamilha.”
Eżatt sena ili konna wissejna lill-Awditur Ġenerali sabiex jiftaħ għajnejh għaliex Keith Mercieca se jippreġudikah kif għamel drabi oħra.
Illum sirna nafu li l-Assistent Auditur Ġenerali Keith Mercieca Reġa Għamilha!

Keith Mercieca
Keith Mercieca reġa’ ħammar wiċċ l-NAO wara li ġie żvelat li dwar il-konċessjoni tat-tibdil fil-kundizzjonijiet fuq l-art tal-Fortina, Mercieca mexa’ fuq stima ta’ espert wieħed u ma talabx tlett stimi kif titlob il-liġi.
Sur Awditur Ġenerali, se nerġgħu nagħmlulek l-istess appell ta’ sena ilu ; aħjar tiftaħ għajnejk għax Keith Mercieca se jibqa’ jippreġudikak kif għamel drabi oħra.