F’Malta u fi Brussell il-Gvern u Clint Camilleri jiddefendu d-delizzji

Neville Gafa

~ 7 hours ago

F’Malta u fi Brussell il-Gvern u Clint Camilleri jiddefendu d-delizzji

Fl-aħħar ġimgħat qamet diskussjoni sħiħa dwar kif emenda tal-oppożizzjoni nazzjonalista setgħet thedded delizzji u prattiċi f’pajjiżna. Ħafna fehmu kemm kienet perikoluża l-emenda, xi oħrajn, tas-soltu, ipprovaw jagħtu l-impressjoni li l-gvern qed jesaġerahom jew jivvinta l-iskużi għax ma jridx jagħmel l-emenda. Imma ejja ma mmorrux il-bogħod ta u naraw xi ġralhom il-kaċċaturi u n-nassaba.

 

Mhux ukoll snin ilu wgħieduhom li xejn mhu se jaffetwa d-delizzju tagħhom? Il-Partit Nazzjonalista ukoll kien tahom kelma tant li saħansitra kien hemm l-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami jibgħatilhom ittri d-dar jgħidilhom li nnegozja garanziji meta fil-verità ma ġab garanziji ta’ xejn. U l-konsegwenzi kulħadd jafhom speċjalment sa meta reġa’ tela’ l-Partit Laburista fil-Gvern.

 

Kif rajna fuq l-aħbarijiet ta’ TVM ilbieraħ għadna sal-lum bil-Gvern irid jiġġieled kull sena biex jiddefendi d-dritt tan-nassab Malti li jipparteċipa f’riċerka fuq l-għasafar tal-għana.

 

 

Clint Camilleri

 

 

Filwaqt li f’Malta kienet għaddejja konferenza fuq id-delizzji, il-Ministru Clint Camilleri beda sensiela ta’ laqgħat fi Brussell jiddefendi d-dritt ta’ Malta li b’mod responsabbli timplimenta riċerka fuq seba’ speċi ta’ għasafar tal-għana. Kull sena l-gvern iżomm kelmtu anke jekk it-triq tkun għat-tela’.

 

Imma l-messaġġ hu wieħed min għandu delizzju dan hu l-gvern li dejjem ra li jinvesti fih.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *