L-Imħallef Zammit Mckeon tant ried jingħoġob mal-klikka ta’ Daphne Caruana Galizia li lanqas induna li bis-sentenza ridikola dwar il- Monument tal-Assedju kien qed joħloq Liġi tal-Ġungla għal Monumenti Pubbliċi.
Għax jekk il-klikka estremista ta’ Daphne għandhom dritt ipoġġu l-placards bħala libertà tal-espressjoni, jien għandi l-istess dritt u intom għandkom l-istess dritt u kulħadd għandu l-istess dritt. U jekk huma ghandom dritt ipoggu x-xemgħat u l-fjuri, jien għandi dritt ineħħihom. Jekk huma għandhom il-libertà tal-espressjoni l-istess għandi jien, intom u kulħadd.
L-Imħallef puppatur akkanit Nazzjonalist ra sal-ponta ta’ imnieħru u għaxxaqha, għax ħoloq sitwazzjoni ta’ Liġi tal-Ġungla, fejn kulħadd ipoġġi jew ineħħi l-affarijiet minn fuq il-Monument.
L-istess għamel fir-rapport dwar il-ħabs. Ħaġa waħda jara. Kif se jsawwat lill-Labour.
L-ikbar theddida għar-Rule of Law hija s-sentenza tiegħek Sur Imħallef puppatur, mhux l-Gvern Laburista.