Ir-Riżenja ta’ Jennifer Tabone

Neville Gafa

~ 1 week ago

Ir-Riżenja ta’ Jennifer Tabone

Ġimgħatejn ilu ktibt dwar Jennifer Tabone ta’ Nisa Laburisti. 

 

Jennifer Tabone daħlet taħdem l-OPM fi żmien Joseph Muscat. Ilsienha  velenu u moħħa biex tidher brava u fl-insurance.

 

M’ghandix dubju li kif beżqet lill-Joseph Muscat, għad jiġi żmien li tobżoq lil ħaddieħor.

 

Mhux fl-interess tiegħi li nagħtiha pubbliċità, għax lil min taf tistaqsix għalih, però tajjeb li niċċara xi punti dwar dak li nkiteb relatat mar-riżenja tagħha.

 

M’ghandix dubju li tali riżenja għandha twassal għal nifs ġdid għal Nisa Laburisti.

 

Kieku Jennifer Tabone verament tħobb lill-Partit Laburista, allura kienet taħdem mod differenti. Anki biex tirriżenja, għax il-mod u meta irreżenjat spiċċat tagħti għajnuna lill-Partit Nazzjonalista bil-għan li jisfrattaw il- Konferenza Ġenerali li ħabbtet ftit jiem wara. Ħaġa li ma ġratx għax sabu Partit Laburista magħqud. 

 

Ir-riżenja ta’ din Jennifer Tabone ftit sigħat qabel il-qari tal-Budget mill-Ministru Clyde Caruana ssarrfet f’arma f’idejn dawk l-NGOs li bdew jipprotestaw barra l-bini tal-Parlament.

 

Irrid nagħmel aċċenn dwar dak li kiteb il-merċenarju Salvu Balzan fuq il-ġurnal tiegħu. Jidher li għal darba oħra daħku bih u użawh billi bellgħulu tagħrif falz.

 

Salvu Balzan, li għad jasal żmien fejn nikteb fid-dettal dwaru, irrapporta li jien ħriġt artiklu li kien immirat lejn it-tifla ta’ Jennifer Tabone.

 

Din hija gidba faħxija stil Salvu Balzan. Tagħni x’nifhem ukoll li l-artiklu tiegħi ma qrahx, għax kull min qrah fehem il-kuntest tal-artiklu. Iżda għal raġuni ovvja, Salvu Balzan biddel l-interpretazzjoni tal-artiklu tiegħi.

 

Hekk qalulek tgħid Salvu Balzan?

 

Jien m’ għandix idea tas-sitwazzjoni tal-familjari ta’ ulied Jennifer, u żgur li qatt ma jien se naqa’ għal dak il-livell. L-argument tiegħi kien u jibqa’ wieħed politiku immirat lejn Jennifer Tabone biss.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

7 Comments

  1. saviour stivala October 29, 2025

    Din li harget tirrematti fill publiku dak li kella flistonku kontra Ian Borg qed tiprova tigbet is-simpatija leja, imma din is-simpatija li qed issib mix mil laboristi gejja. Nixtieq inkun naf keliex laprovazzjoni ta laqda li tmexxi biex tkelmet kif tkelemt contra Ian Borg fil publiku.

    Reply
  2. Vince October 29, 2025

    Sinċerament ma nistax nifhem x’ġid qed joħroġ minn dawn il-messaġġi disgustanti. Diskors li ma jagħmel l-ebda ġid u ġieħ lil min jiktbu. Ħsara bla sens!!! Mhux ġust li nies jiġu attakkati b’ mod selvaġġ! Hekk ser inġibu aktar voti lejn il-Partit Laburista ;i qed jitlef bil-mijiet kull ġimgħa? Ta’ stagħġib kbir kif pubblikament ħadd mill-Partit Laburista ma wera solidarjeta’ mas-Sinjura Tabone! Il-Partit li hu favur iż-żgħir u batut!! Fil-privat konvint li kellha ħafna messaġġi ta’ kuraġġ u solidarjeta’! Skont int Sur Gafa, ilsienha valenu!! Propjament ma nafx min verament għal ilsienu valenu. Mhux aħjar tieqaf tikteb dawn l-assurditajiet li ma jagħmlu l-ebda ġid!! Ma nistax nifhem kif qed temmen li l-maġġoranza tal-Laburisti qed jieħdu gost b’din il-ktiba. Żgur li le!!!

    Reply
    1. saviour stivala October 30, 2025

      ”Ta’staghgib kif publikament hadd mill partit labuista ma wera solidarjeta mas-sinjura Tabone”. Il-mistoqsija tijiek mix sorpriza ghal laburisti ta veru. Ghalija kienet tkun sorprisa kiku publikament kella xi solidarjeta mill partit labursita wara li harget il-valenu mil-listonku contra Ian Borg fil-publiku. jien nixtiq inkun naf kemm kella support min nisa laboristi fuq dak li qalet.

      Reply
      1. Vince October 30, 2025

        Jiddispjaċini ngħidlek li lanqas biss taf x’inti tgħid!!! Is-Sinjura Tabone qatt ma ħarġet l-ebda stqarrija kontra id-Deputat Prim Ministru. Gidba faħxija!! Hi kienet tagħmel parti minn Għaqda li esprimiet sentiment dwar l-endorsement ta’ Trump għal premju Nobel. Għandhom kull dritt li għamlu hekk u sew għamlu. Għaqda li tirraprezenta n-nisa qatt ma jistghu jaqblu ma’ xi ħadd bħal Donald Trump, b’mod partikolari l-kawzi li kellu quddiem il-Qorti u l-mod kif jitratta n-nisa. Jew issa ser nibdew nagħmlu sarima ma’ ħalq in-nies. Inti taqbel mal-mod li bih ġiet deskritta mis-Sur Gafa??? Nassigurak li l-Laburisti fil-maġġoranza tagħhom ma jaqblu xejn ma’ dan l-aġir i lingwaġġ!!!

        Reply
        1. saviour stivala October 30, 2025

          Diska li indrat issa ”MUX HI IMMA IN-NISA LABURISTI” ” MUX IT-TALLI NGO, IMMA IN NIES TAL-LOKAL” UMBAD THARES LEJN RITRAT TAL-FOLLA U MA TARA LIL HADD MIL-LOCAL. Diskors u tatika li indrawi issa.

          Reply
          1. Vince October 31, 2025

            Bl-attitudni tiegħek u tas-Sur Gafa tgħidx kemm ser jinġiebu voti lura lejn il-Partit Laburista!! Jidher ċar li ntilef kull sens ta’ raġuni u l-arroganza telgħet għar-ras. Ibqgħu sejrin hekk u nagħtikom garanzija li deħlin ġol ħajt! Wara oqgħodu ibku!

            Reply
          2. saviour stivala October 31, 2025

            Il-garanzija qeda fil-fatt ta kif jinsab u kif jahseb li ha ikun il-butt il-magoranza tal-l’eletorat.

            Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *