Li hawn min lest iċaħħad lill-istudenti tal-inġiniera tal-MCAST mill-warrant wara li jkunu gradwaw mill-course m’jien se naċċettaha qatt.
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Inġiniera Professjonali (il-MAPE) għażlet li topponihom għax iqisu l-MCAST bħala istituzzjoni terzjarja inferjuri minn oħra.
Għalina tiggradwax mill-MCAST, Universita’ jew kwalunkwe istituzzjoni edukattiva terzjarja oħra m’għandha qatt tagħmel differenza sakemm il-Bord ikun sodisfatt li l-kwalifiċi akkademiċi ikunu ekwivalenti u rikonoxxuti.
Fl-aħħar jiem ittieħed vot mill-Bord tal-Inġiniera biex studenti tal-MCAST ikunu kkunsidrati għall-warrant. Minkejja li l-vot għadda b’saħħtu, iż-żewġ membri li vvutaw kontra u li jiffurmaw parti
mill-MAPE mhux talli m’aċċettawx vot demokratiku iżda ressqu mandat t’inibizzjoni kontra l-istess bord.
Li jkollna budget b’saħħtu li jinċentiva lill-istudenti tagħna huwa kruċjali imma ż-żgħażagħ tagħna aħna nsostnuhom u ninvestu fihom kuljum. Qatt ma xxaħħaħna magħhom u żgur mhux ħa nagħmlu hekk issa. F’dan il-każ ukoll, bħala politiku u fuq kollox bħala missier se nassigura li l-ebda gradwat mill-MCAST ma jibqa’ lura jew ma jingħatax iċ-ċans li jesponi l-ħiliet tiegħu kif jixraqlu.
				
															
				
