Dr. Joseph Muscat : Mhux talli ma nsterqux €400 Miljun, talli fadlilhom jieħdu €5 miljuni

Neville Gafa

~ 1 day ago

Dr. Joseph Muscat : Mhux talli ma nsterqux €400 Miljun, talli fadlilhom jieħdu €5 miljuni

Mhux talli ma nsterqux €400 Miljun, talli fadlilhom jieħdu €5 miljuni

 

Id-deċiżjoni tat-Tribunal Internazzjonali tal-Arbitraġġ, magħmul minn veru esperti internazzjonali rikonoxxuti madwar id-dinja, tgħid li mhux talli ma nsterqux €400 miljun fil-konċessjoni tal-isptarijiet, talli l-Gvern għad fadallu jħallas kważi €5 miljuni oħra.

 

Din id-deċiżjoni għandha tħammar wiċċ min għamel tant ħsara lil pajjiżna, inkluż dawk l-istituzzjonijiet li belgħu din il-lixka bla l-iċken prova u mingħajr ma fittxew pariri tal-esperti, izda qagħdu biss fuq it-twerżiq u l-għajjat bl-aktar mod dilettantesk.

 

Li kieku kien hemm frodi, it-Tribunal Interazzjonali ma kienx jiddeċiedi li l-Gvern Malti fadallu jħallas il-flus.

 

Jien miżmum mill-Qorti milli nikkumenta dwar il-kawża kontrija fejn jien suppost ħadt il-flus minn dawn il-flus “misruqa”, liema gidba issa it-Tribunal Internazzjonali, li ma jħarisx lejn uċuh u m’għandux aġendi politiċi, rema ‘l barra.

 

Dan huwa biss il-bidu mhux it-tmiem biex tkun magħrufa l-verita.

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala November 3, 2025

    Min jasal biex jaghamel hsara lil-pajjizu wiccu qatt ma jista jithammar.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *