Meta mistoqsi minn The Times dwar il konċessjoni tal- Isptarijet, il- Prim Ministru Robert Abela kien ċar, “Quddiem it-tribunal, l-ICC, il-konklużjoni kienet illi ma kienx hemm frodi”.
Il- Prim Ministru spjega li:
(1) il-Gvern ingħata is-servizzi illi kienu mħallsa għalihom Steward.
(2) Is -servizzi li ngħataw kienu ta’ valur ġust. Jiġifieri s-servizzi li ngħatajna ħallasna għalihom bil-valur tas-suq tagħhom.
Il-Prim Ministru saħaq: “Naħseb dak huwa l-akbar osservazzjoni jew konklużjoni importanti li toħroġ minn dan l-arbitraġġ, li l-poplu Malti ma nsteraqx għas-servizzi li rċieva, anzi ħa valur ġust tas-servizz”.


1 Comment
YOU ARE THE BEST 👌 👍