Norman Cremona, eżempju ċar tal-ipokrezija ta’ Alex Borg

Neville Gafa

~ 3 hours ago

Norman Cremona, eżempju ċar tal-ipokrezija ta’ Alex Borg

Bernard Grech kellu lil ċertu Norman Cremona bħala xufier tiegħu. Raġel tal-affari tiegħu u li ħadem b’sens ta’ lealtà lejn il-Kap tal-PN, fuq bażi fulltime, mit-Tnejn sal-Ħadd.

 

Kulmin ikollu xufier miegħu l-ħin kollu naħseb jaf kif dan isir parti mill-familja u jrid ikun xi ħadd li jafdaw b’ għajnejn magħluqa.

 

Qorbot il-kampanja għall-ħatra ta’ Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista.

 

 

 

 

Alex Borg wiegħed lil dan Norman Cremona, ex Pulizija, li ġaladarba jkun hu l-Kap, kien se jżommu bħala xufier tiegħu kif kien ma ta’ qablu Bernard Grech.

 

Norman Cremona ħadem qatigħ għal Alex Borg, b’mod partikolari fil-Ħamrun. Ħadem kif kellu kull dritt li jaħdem, kienet x’kienet il-motivazzjoni tiegħu.

 

Imma x’ ġara wara li laħaq Kap?

 

Alex Borg mar lura minn kelmtu, kif għamel ma’ bosta, u ma żammux bħala xufier tiegħu.

 

Tgħiduli: imma kellu dritt jagħmel hekk.

 

Iva, anke jekk kien allura daħak bih meta wegħdu u użah għall-kampanja. Imma ejja nħallu dak l-argument għalissa.

 

 

Partit Nazzjonalista

 

 

Ftit ilu, Norman Cremona irċieva ittra ta’ terminazzjoni tal-impjieg tiegħu minn mal-PN. Jiġifieri lanqas kellu d-deċenza li jżommu f’impjieg ieħor fid-Dar Centrali.

 

Ma tarax! Għax dak hu Alex Borg: jużak u jarmik. Iwiegħed u jitmejjel bik.

 

Fl-aħħar ġimgħat, Norman Cremona fetaħ qalbu ma’ bosta. Bir-raġun imwegga’.

 

 

Bernard Grech

 


U biex żgur ikollu iktar melħ fuq il-ferita, matul dan l-aħħar xaharejn u iktar minn kemm ilu li spiċċa minn Kap tal-PN, Bernard Grech mank indenja ruħu jċempel lil Norman biex jara kif inhu jew jekk setax jgħinu. Xejn.

 

Injorah. U dan wara 5 snin jaħdem miegħu lejl u nhar. Kuljum.

 

Dan hu l-Partit Nazzjonalista. Jgħasruk u jarmuk f’landa taż-żibel. Żommu din f’ moħħkom; jagħmlu hekk ma ta’ ġewwa, aħseb u ara ma ta’ barra kif se jimxu.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala November 13, 2025

    Il-poplu ta dawn il-gzejier bil-mod biex jerga jafdhom lil tal pneeeeee.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *