IT-TORCA irrapportat kif staqsiet lill-Pulizija jekk hux minnu li Jeremy Harbinson, daħlulu fil-kamra tal-lukanda tiegħu u serqulu l-passaport.
Dan għall-fatt li jekk xi ħadd jinsteraqlu l-passaport, biex jinħariġlu ieħor, irid jirrapportah lill-Pulizija.
Il-Pulizija wieġbu li “ma jirriżultax li Jeremy Harbinson għamel xi rapport ta’ dan it-tip.” Dan ifisser li dak li kien irrapportat fuq Politico ma kienx minnu.
Minn informazzjoni li ghandha IT-TORCA jirriżulta li Harbinson lanqas kien Malta f’Jannar tas-sena 2022 meta saret ir-raid li riedet tagħmel il-Maġistrat Gabriella Vella fid-dar ta’ Joseph Muscat.
Kollox jindika li aktarx Jason Azzopardi ħawwad informazzioni oħra li kellu li jidher li tirrigwarda lil Sam Sittlington, jigifieri I-espert li instab li kellu kunflitt ta’ interess anki f’ pajjizi oħra tant li tkeċċa minn xogħlu lu mill-Gvern Ingliż.

Sam Sittlington
Il-Pulizija qalulna li revedew “rapport f’Jannar tas-sena 2022 minn espert ieħor li kien ħadem fuq l-Inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-konċessjoni tal-isptarijiet fejn dan kien spjega li kien tilef wieħed minn żewġ passaporti li kienu fil-pussess tiegħu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija stabbilixxew li ma kien daħal ħadd fil-kamra tal-lukanda ta’ din il-persuna fil-ħin li din ma kinitx fil-kamra.”
Il-lukanda fejn Sittlington kien jogħod għandha cameras ma’ kullimkien u ma jirriżulta li ħadd daħal fil-kamra tiegħu. Lanqas Sittlington ma allega li nsteraqlu passaport iżda li tilfu.
Dan kollu jkompli iżid kulur ma’ ġimgħa li fiha Jeremy Harbinson, li fuqu l-esperti l-oħra qed jitfgħu r-responsabbiltà kollha tar-rapport tal-inkjesta, ġie immultat €500 għal disprezz wara li ma deherx fil-Qorti.

Jeremy Harbinson
Saħansitra ġie ordnat li jekk qatt Jeremy Harbinson jiġi Malta jittella’ mal-ewwel il-Qorti.
Il-Qorti din il-ġimgħa ordnat ukoll li d-deċiżjoni tat-Tribunal Internazzjonali tal-Arbitraġġ tiġi ppreżentata fl-atti u li l-Avukat tal-Istat jixhed dwar dan.
It-Tribunal Internazzjonali tal-Arbitraġġ sab li l-Gvern ħa l-valur tas-servizzi li ħallas għalihom u li mkien ma nsterqu €400 miljun.


1 Comment
Magistrate Gabriella Vella’s chose of prime investigator have jeopordised the whole court case by making the Gabriella Vella investigation inadmissible.