Il-Gwerra “Qaddisa” ta’ Salvu Balzan kontra l-Labour — Iffinanzjata mill-Labour

Neville Gafa

~ 9 hours ago

Il-Gwerra “Qaddisa” ta’ Salvu Balzan kontra l-Labour — Iffinanzjata mill-Labour

Fil-politika jinqalgħu skandli li huma pjuttost kumplessi. Però dan hu skandlu mill-aktar sempliċi.

 

Saviour Balzan jattakka lill-Labour għax il-Labour jibqa’ jħallsu biex jattakkah.

 

 

Kull nhar ta’ Ħadd, dan is-serp velenuż jivvomta l-ħdura fuq il-Labour, fuq l-eks Mexxejja tiegħu, fuq il-valuri tal-moviment, fuq l-esponenti Laburisti.

 

 

 

 

Madankollu, il-Labour huwa l-uniku element li jżomm lil Salvu Balzan politikament ħaj permezz ta’ konsulenzi, programmi fl-aqwa ħinijiet tal-jum saħansitra fuq l-istazzjon tal-Istat.

 

L-ipokresija tal-merċenarju Salvu Balzan hija prevedibbli. Dak li mhux prevedibbli huwa li l-Labour jibqa’ jżoqqu.

 

 

 

 

 

Saviour Balzan huwa merċenarju. Bena karriera fuq l-insulti u fuq it-tgħajjir lejn dawk li jiddependi minnhom. Jigdem l-id li titimgħu, però fl-istess waqt jistenna li l- istess id li jkun gidem, terġa’ titimgħu.

 

Il-verità hi li din it-tattika ħadmet għaliex il-Labour baqa’ jħallieh jibqa’ jigdmu.

 

Dan is-serp velenuż li ta’ kull nhar ta’ Ħadd ikattar kull livell ta’ mibegħda kontra l-Labour, jibqa’ jiġi mħallas tajjeb mill-Labour xahar wara xahar. 

 

 

 

 

 

Dan huwa auto-sabutaġġ politiku enormi.

 

Balzan ma jistax jeqred lill-Labour. Imma l-Labour jista’ jeqred lill-Labour jekk ser jibqa’ jiffinanzja lil min jattakkah.

 

Ma tistax tiġġieled serp u fl-istess waqt tibqa’ titimgħu.

 

Saviour Balzan għamel l-għażla tiegħu, dik li jattakka lill-Labour biex jibqa’ relevanti. Issa se jiġi żmien fejn dawk li baqgħu jżoqquh biex mingħalihom ma jdurx kontrihom, iridu jispjegaw l-għażliet tagħhom.

 

Il-mistoqsija mhijiex “Għaliex Balzan jattakka lill-Labour?”

 

Nafu għaliex. Dak hu n-negozju tiegħu.

 

Il-mistoqsija vera hija:

 

Għaliex il-Labour għadu jħallas għal dan kollu?

 

Sakemm dan l-auto-sabutaġġ politiku ma jieqafx, ilgwerra qaddisa ta’ Saviour Balzan kontra l-Labour u l-Mexxejja tiegħu se tkompli. Gwerra ffinanzjata u mkattra mill-Labour stess.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala November 20, 2025

    Lofficju tal Prim Ministru, lofficju li suppost ghandu it-tmexija ta laministrazzjoni taht il-kotrol emm bzhon li jaghmel stop ghal dawn il-hnizrijieet darba ghal dejiem.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *