Il-Maġistrat Frendo Dimech tagħmel ħaqq mas-soċjetà tagħna

Neville Gafa

~ 11 hours ago

Il-Maġistrat Frendo Dimech tagħmel ħaqq mas-soċjetà tagħna

Marokkin ta’ 34 sena li jgħix il-Munxar, Għawdex, tressaq quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech u kien ikkundannat sena ħabs wara li nstab ħati li waqt li kien fis-sakra ta fastidju lil diversi persuni u kiser il-paċi pubblika b’għajjat u ġlied.

 

Fis-sentenza tal-Maġistrat ġie osservat kif fl-aħħar ġimgħat saru mal-14-il rapport kontra Chibi. Il-Maġistrat  Donatella Frendo Dimech saħqet li hu fl-interess tas-soċjetà li din tiġi protetta mill-imputat fejn il-komportament tiegħu niġġes l-inħawi ta’ kull fejn għoġbu jersaq.

 

 

 

Qorti

 

 

Issa nispera ma jiġux xi dojoq minn dawk l-erba’ qlafat tal-NGOs li tant taħraqhom qalbhom għal dawn in-nies u jgħidu li dan huwa kliem razzist, jew li jinstiga razziżmu!

 

Minbarra li waħħlitu sena ħabs, il-Maġistrat Frendo Dimech irrakkomandat lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni biex ikeċċi lil Chibi wara li jiskonta l-piena ta’ ħabs.

 

Din is-sentenza mgħotija mill-Maġistrat Frendo Dimech għandha sservi ta’ lezzjoni lil ħafna oħra li qed jgħixu f’pajjiżna.

 

Għandha sservi sabiex il-barrani li jgħixu f’ Malta jżommu f’moħħhom li hawn mhux pajjiżhom, u għandhom jobdu l-liġi tagħna.

 

Għandhom iżommu f’moħħhom li qegħdin hawn għax sabu soċjetà ħanina li għoġobha tiftaħ il-bibien għalihom.

 

Huwa mifhum li Chibi għandu għadd ta’ kawżi oħra kontrih, u Imbierka s-Sappjenza t’ Alla sal-lum kien għadu jiġri barra.

 

 

 

 

 

Dak li għamlet il-Maġistrat Frendo Dimech missu ilu li sar, u mhux kien għadu jiġri barra jqażżeż kull fejn jersaq.

 

Dan is-sit juru l-apprezzament lejn il- Maġistrat Donatella Frendo Dimech. Is-sentenza tal-lum tagħmel ġustizzja mhux biss mal-vittmi ta’ Chibi, iżda mas-soċjetà kollha. Għada Għawdex partikolarment se jisbaħ bi kriminal inqas jiġġerra mas- saqajn. 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. B. Borg November 22, 2025

    Kudos to the Magistrate and the Police

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *