Bħalma ktibt iżjed qabel, fil-jiem li għaddew feġġ skandlu fil-Qorti ta’ Għawdex.
Dan wara li minn safe insterqu 6,000 Ewro.
Inkredibbli imma veru.
Ħaġa tal-iskantament u ġġib għajnejk wara widnejk kif din id-darba, dawk l-oqbra mbajjda tal-Partit Nazzjonalista waqgħu fil-muta, anke meta dawn kienu jafu x’qed jiġru.
Għalkemm kont naf b’dak li ġara, stennejt ħalli nara x’ ser tkun ir-reazzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg u sħabu. Però ma tridx tkun xi għaref biex tantiċipa dak li fil- fatt ġara; omerta’ assoluta.

Partit Nazzjonalista
Is-soltu, dawn il-Fariżej joħorġu qatta bla ħabel jattakkaw lill-Gvern Laburista u jibdew jitolbu għall-riżenji.
Iżda din id-darba LE.
Għax l-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista hi li jgħattu lil persuna partikolari, u fl-istess waqt ineħħu l-attenzjoni minn fuqha u issir ħsara fuq il-Gvern Laburista kif ukoll il-Ministeru għall-Ġustizzja.
Aktar skandaluż huwa l-fatt kif il-persuna responsabbli ma ħarġet ebda stqarrija biex tħabbar li se tkun qed tissospendi ruħha sakemm tintemm l-investigazzjoni. Aħseb u ara kemm se tirreżenja!

Jonathan Attard
Sadanittant, tard is-Sibt filgħaxija, permezz ta’ Stqarrija, il- Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni ħabbar li inħatar Bord Amministrattiv biex jirrevedi l-proċeduri tal-kustodja tal-esibiti fil-Qorti ta’ Għawdex. Infetħet ukoll inkjesta Maġisterjali.


1 Comment
Proset Neville take care ghax dan nies nibza minnhom