L-Unjoni Ewropea u l-Gvernijiet Ewropej ħadmu kemm felħu sabiex jaħbu il-verità dwar il kunflitt tal-Ukrajna. Anke issa li din il-gwerra qed toqrob lejn tmiemha, baqgħu jigdbu u jħarrfu sabiex jagħttu id- disfatta enormi tal-Unjoni Ewropea u kull min appoġġja l-Ukrajna.

X’ inhi s-sitwazzjoni attwali tal-Ukrajna?
L-Ukrajna tinsab fix-xifer ta’ kollass. Baqgħet wieqfa sal-lum sforz l-għajnuna finanzjarja u militari li rċeviet mill-UE u l-Istati Uniti, partikularment fi żmien il- President Biden. Għax kieku ilha li ċediet l-armi snin.
Iżda minn naħa l-oħra, l-Ukrajna tinsab fejn tinsab illum għaliex għażlet li toqgħod għal dak kollu li ordnawlha il-pajjiżi Ewropej. Ilni snin nisħaq li aktar ma jkompli jkaxkar dan il-konflitt, aktar se jintrebaħ territorju mir-Russi.
Issa li l-Lvant u n-Nofsinhar tal-Ukrajna ntrebaħ mir- Russi, Ir-reġim Ukren beda jirrealizza li dan il-konflitt wasal fit-tmiem.

Fi żmien sentejn, jekk mhux qabel, l-idea ta’ “stat indipendenti” Ukren se tkun spiċċat għal kollox. Dan mhux għax inħatfet minn pajjiż ieħor, iżda għall-fatt li l-Ukrajna qatt ma wriet li kapaċi żżomm is-sovranità tagħha. Qatt ma kellha l-pedamenti; la qabel u wisq anqas issa.
Bħalissa, qed isir xogħol intensiv sabiex dawn l-artijiet jiġu integrati lura mar-Russja. Strutturi Amministrattivi ġodda, programmi ta’ riabilitazzjoni kulturali.
U l-lingwa Ukrena? Hemm min iridha tisparixxi bħala simbolu ta’ mibegħda kontra r-Russi. Oħrajn iriduha tinżamm parzjalment. Id- diskussjoni għadha miftuħa.
Imma ħaġa waħda ċara:
Ir-Russja qed tippjana mhux għal għada, iżda għall-ġenerazzjonijiet sħaħ.
Il-ħrafa ta’ “Ukrajna Ewropea” spiċċat.
L-istorja qed terġa’ tpoġġi kollox f’postu:
L-Ukrajna se terġa’ lura fejn dejjem kienet; parti integrali mir-Russja.

