Għaliex dan il-ħabi kollu dwar is-serqa fil-Qorti ta’ Għawdex?

Neville Gafa

~ 12 hours ago

Għaliex dan il-ħabi kollu dwar is-serqa fil-Qorti ta’ Għawdex?

Għaddew jumejn mindu ħarġet l-aħbar dwar is-serqa ta’ sitt elef ewro mill-Qorti ta’ Għawdex.

 

Ħaġa tal-iskantament, ebda reazzjoni mill-Partit Nazzjonalista.

 

Ebda reazzjoni mill-Kelliem Ewlieni tal-PN.

 

Ebda reazzjoni mill-media indipendenti. 

 

 

 

 

Is-soltu kif ifeġġ skandlu simili lanqas jilħqu jgħaddu ftit minuti mill-aħbar li ma tarax attakki kkordinati kontra l-Gvern Laburista kif ukoll min imexxi dik l- istituzzjoni li fiha jkun seħħ xi skandlu. 

 

Fil-passat, mhux tant il-bogħod, meta ġew nieqsa jew misruqa oġġetti fil-Qorti tal- Ġustizzja f’Malta kienu qamu l-irwiefen kollha. Però din id-darba, għaliex din is-serqa ta’ 6,000 Ewro seħħet fil-Qorti ta, Għawdex, ħadd ma fetaħ ħalqu.

 

 

 

 

 

Inkluż il-Partit Laburista u l-mezzi tal-komunikazzjoni tiegħu.

 

Il-Ħadd kont nippretendi li ġurnalisti tal-One News imorru jiġru wara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg u jistaqsuh x’jaħseb dwar dan l-iskandlu. Kienu kapaċi jikkwotawh fuq ħmerijiet li qal matul il-jum tal-Ħadd iżda fl-ebda waqt ma ppruvaw jaffrontawh dwar din is-serqa.

Dan is-skiet mill-Partit Laburista se jibda jirrifletti ħażin fuqu stess.

 

 

Jonathan Attard

 

 

Deċiżjoni f’waqtha mill- Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, meta tard is-Sibt filgħaxija ħabbar li inħatar Bord Amministrattiv biex jirrevedi l-proċeduri tal-kustodja tal-esibiti fil-Qorti ta’ Għawdex. Infetħet ukoll inkjesta Maġisterjali.

 

Dan is-sit se jkompli jisħaq li l-poplu għandu jkun infurmat b’dak li ġara. Għandu jkun infurmat ukoll dwar min hi l-persuna responsabbli. 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *