Pajjiż b’saħħtu ma jinbeniex biss għax ikollu Gvern sod imexxih. Lanqas ma jissawwar bil-kliem vojt u b’ ideat perversi.
Pajjiż b’ saħħtu jinbena b’niesu, irġiel u nisa li jagħżlu li jgħixu fil-valuri tal-familja tradizzjonali, fid-dixxiplina u bl-għerf morali.
Kollox jibda mill-individwu.
Meta raġel u mara jgħixu b’onestà, responsabbiltà u rispett, id-dar tagħhom issir post ta’ stabbiltà. It-tfal li jitrabbew f’dawn il-familji jitgħallmu l-valuri, mhux il-konfużjoni. Jitgħallmu l-qawwa, mhux id-dgħufija. Jitgħallmu li l-impenn hu importanti u li l-familja hija l-pedament tal-ħajja.

Ebda pajjiż ma jista’ jibqa’ miexi ‘l quddiem jekk il-familja tikkollassa. Pajjiż jiffjorixxi biss meta l-familji huma sodi.
Meta l-familji huma b’saħħithom, il-komunitajiet fl-ibliet u l-irħula jsiru aktar siguri. In-nies jibdew jafdaw lil xulxin. Jgħinu lil xulxin. L-iskejjel jitjiebu. Il-kriminalità tonqos. Terġa tirrennja l-ordni pubblika.
Komunità b’familji sodi ssir komunità b’ruħ.
Il-ġabra tal-komunitajiet hija dik li ssawwar Nazzjon. Meta l-komunitajiet jaqsmu l-istess valuri, dixxiplina, rispett u lealtà, in-nazzjon isir magħqud u reżiljenti.
Ebda ideoloġija perversa, ebda programm ta’ gvern, ebda slogan politiku ma jista’ jieħu post din l-ordni naturali.

Il-verità hi sempliċi:
Jekk irridu nazzjon b’saħħtu, irridu nibnu komunitajiet b’saħħithom.
Jekk irridu komunitajiet b’saħħithom, irridu nibnu familji b’saħħithom.
U jekk irridu familji b’saħħithom, irid ikollna rġiel u nisa ta’ valuri.
Hekk tissaħħaħ is-Soċjetà.
Hekk jissaħħaħ in-Nazzjon.
U hekk tibqa’ ħajja ċ-Ċiviltà.

