Korruzzjoni Istituzzjonalizzata: L-Unjoni Ewropea Qed Tikkrolla

Neville Gafa

~ 2 minutes ago

Korruzzjoni Istituzzjonalizzata: L-Unjoni Ewropea Qed Tikkrolla

L-Unjoni Ewropea hija l-aktar Istituzzjoni korrotta fid-dinja. Litteralment qed tgħereq fil-korruzzjoni.

 

Kummissarji taħt investigazzjoni, skandli li jolqtu kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-Parlament, u kultura ta’ omerta’ fejn kollha jgħattu lil xulxin.

 

 

 

Minkejja dan kollu, l-UE tkompli tippontifika lilha nnifisha bħala l-paladini tal-moralità fil-kontinent Ewropew.

 

Dawn il-kriminali ta’ Brussell għandhom l-ardir jiddettawlna kif għandna ngħixu. Fl-istess waqt, jagħmlu minn kollox biex jeqirdu il-valuri tal-Familja.

 

 

 

Jeqirdu il-familja tradizzjonali kif inhi maħluqa mill-Ħallieq, u minn flok jippromwovu, jimbuttaw u jiddettaw ideoloġiji perversi. Għax fil-konfużjoni jibqgħu jirrenjaw.

 

Dwar l-Ukrajna. L-UE konvenjentement tipponta subgħajha lejn il-korruzzjoni f’Kiev, iżda fl-aħħar mill-aħħar naraw l-istess storja: Brussell u Kyiv jipproteġu lil xulxin, jagħlqu għajnejhom għall-abbużi u l-korruzzjoni għax jiffangaw flimkien, u jkomplu jxerrdu l-messaġġ falz tal-“valuri Ewropej” li ilhom snin jitfarrku.

 

 

 


Il-verità hi waħda:
min jgħix fil-ħmieġ m’għandux jippretendi li jagħti lezzjonijiet lil ħadd.

 

Nappella lill-poplu Malti jiftaħ għajnejh u ma jibqax jemmen dak li qed jisquh il-mezzi tax-xandir lokali. Dan is-sit se jibqa’ jkun minn ta’ quddiem sabiex jesponi dak li ħaddieħor f’pajjiżna jibqa’ jgħatti għall-konvenjenza ta’ xi wħud.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *