Ġimgħa ilu, il-Partit Nazzjonalista ppreżenta l-kontijiet finanzjarji tiegħu mill-2021 u l-2024. Dawn juru defiċit ta’ €2.3 miljun.

Sirna nafu wkoll li l-kontijiet saru ċertu Ryan Borg, awditur li beda jaħdem fuq dawn il-kontijiet finanzjarji f’Lulju li għadda.
Min huwa dan Ryan Borg?

Jidher li Ryan Borg imbierek bis-Seba’ Doni tal-Spirtu s-Santu. Fuq Linkedin, l-awditur tal-PN jiddikjara li fl-istess waqt li jopera l-kumpanija Precious Point Malta (u mhux Precision Point Malta), huwa s-sid ta’ boutique hotel Sea Holly Gozo u li huwa wkoll żviluppatur ta’ propjetà.

Dan meta l-istess profil jindika wkoll li huwa impjegat ‘full time’ bħala ‘Group Consolidation Assistant Manager’ mal-kumpanija VistaJet.
Minkejja dawn l-impenji kollha, Ryan Borg rnexxielu jawditja l-kontijiet tal-PN għal erbgħa snin u ffirmahom kollha fl-istess jum, it-31 ta’ Ottubru 2025.
Imbierka s-Sappienza t’Alla‼️
Aktar dettalji fl-artikli sussegwenti.

