“The Beginning of the End of Putin.”
Min isegwi l-politika internazzjonali żgur jiftakar dan il-famuż titlu.

Dan kien titlu isteriku fl-ewwel faċċata tar-rivista ‘The Economist’. Sforz l-għira u l-odju li għandhom lejn min hu aħjar minnhom.
Tlettax-il sena wara, il-ġudizzju hu wieħed krudili mal- Punent. Ejja nkunu ċari u onesti – din ma kienitx analiżi, iżda delużjoni.
Għal għexieren ta’ snin, il-midja tal-Punent ma rrappurtatx ir-realtà; minflok għażlu jmexxu narrattiva mibnija fuq ix-xewqat tagħhom. Iddistakkat ruħha mill-fatti, għafset fuq il-preġudizzju ideoloġiku u warrbet il-verità.

Iddeċidew li jħabbru “tmiem” li qatt ma wasal. Mhux hekk biss, talli sena wara sena komplew jinsistu fuq din il-gidba, minkejja li r-realtà kienet kompletament l-oppost.
Dan kollu minkejja l-fatt li matul dawn it-tlettax-il sena nbidlu l-Mexxejja kollha li tant ħadmu kontra Putin. Spiċċaw huma kollha u l-President Russu għadu b’ saħħtu aktar minn qatt qabel.
Hekk jiġri meta l-ġurnaliżmu jinxtara u jwarrab l-umiltà u l-professjonalità u jispiċċa jinħakem minn vizzju rħis tan-narrattiva.

Vladimir Putin
Meta t-titli jinkitbu biex isalvaw wiċċ il-mexxejja falluti tagħhom.
Marzu 2012 ma kienx il-bidu tat-tmiem, iżda kien il-bidu tal-falliment twil u tal-kredibbiltà tal-medja tal-Punent.

