Fil-passat, il-poplu Malti kien ta’ karattru sod u b’ kuraġġ ta’ sur jiġġieled għal dak li kien jemmen fih.
X’kien it-twemmin tal-poplu Malti?
Kien twemmin ibbażat fuq tlett pilastri:
ALLA, IL-FAMILJA, ART TWELIDNA.
Il-Maltin kienu gwerrieri. Issieltu kontra l-furbani u saħansitra rebħu tlett xhur battalja qalila kontra l-Imperu Ottoman.

Missierijitna ġġieldu għal twemminhom. Meta emmnu li kien wasal iż-żmien għall- Indipendenza u l-Ħelsien minn kull ħakma tal-barrani, il-poplu Malti ssielet u ħareġ rebbieħ kontra l-Imperu Ingliż.
Rebaħ it-twemmin li sawwar dan il-ġens;
ALLA, IL-FAMILJA, ART TWELIDNA.

Illum qed nerġgħu ngħixu fi żminijiet fejn it- twemmin tagħna l-Maltin jinsab taħt theddida.
Qed jippruvaw inessuna l’Alla għaliex l-agenda tagħhom ibbażata fuq is-Sataniżmu, ikissru l- pedament tal-familja tradizzjonali billi jippromwovu ideoloġiji perversi, u jbiegħu l-art twelidna lill-Unjoni Ewropea.
Iżda l-problema hija akbar, għaliex il-poplu Malti huwa verżjoni opposta għal dak li kien fil-passat. Il-karattru ta’ gwerrier inbidel f’wieħed kodard.
Sirna nibżgħu nuru u nesprimu l-opinjoni tagħna, speċjalment fuq il-mezzi soċjali, għaliex nibżgħu li jdur kontrina min għandu l-poter u jagħmlulna ħajjitna miżerabbli. Nibżgħu li sħabna fuq il-mezzi soċjali jibbumbardjawna b’xeba’ kummenti ta’ żeblieħ.
Il-verità hi li meta nibqgħu konsistenti dwar dak li nemmnu, għaliex konxjement u ġenwinament nemmnu f’li nkunu qed ngħidu, wara ċertu żmien, l-istess nies li jkunu kkritikawna jibdew jirrealizzaw li aħna kelna raġun.
Mhux għax aħna bravi aktar minn ħaddieħor. Iżda għaliex inkunu qed nesponu l-verità li ħaddieħor jagħmel minn kollox biex jiċċensura.
Iżda fuq kollox, għaliex kull Malti f’demmu għandu t-twemmin tal-ġenerazzjonijiet ta’ qabilna:
“ALLA, IL-FAMILJA, ART TWELIDNA.”
It-twemmin ta’ Missirijietna.
Tibżgħux tkunu differenti mill-maġġoranza.
Tibżgħux tiġġieldu kontra dak li jissejjaħ ‘Establishment’.

Għaliex dik li llum tidher li hija maġġoranza, li hija kkontrollata mill-Establishment, ser jasal żmien mhux il-bogħod li dik il-maġġoranza ser tinbidel f’minoranza.
Għax ebda twemmin liberali, ebda forza ultra liberali, ebda ideoloġija perversa, ma tista’ tegħleb il-valuri tas-sewwa.
Reġa wasal iż-żmien li l- “Ombra ta’ Vassalli tqum minn qiegħ il-qabar.”
Wasal iż-żmien li l-Kotra terġa’ tqum bħal ma għamlet fl-imgħoddi u tgħajjat:
“Jien Maltija! Miskin min ikasbarni, – miskin min jidħak bija!”
Viva Malta 🇲🇹

