GŻUŻ TA’ RIŻENJI MILL-MUMN

Neville Gafa

~ 23 hours ago

GŻUŻ TA’ RIŻENJI MILL-MUMN

Għandi f’idi kopji ta’ rizenji ta’ infermiera, midwives u anki flebotomisti minn membri tal-MUMN.

 

L-MUMN taf li qed ngħid il-verita’ għaliex f’dawn l-aħħar ġimgħat irċeviet gzuz minnhom. Jekk imeruni, nippubblika wħud minnhom.

 

 

Pawlu Pace

 

Dawn il-membri m’humiex kontra l-MUMN imma kontra l-ħakma maħmuġa ta’ Pawlu Pace fuq il-union u kif dan jużaha għall-iskopijiet malinni tiegħu.

 

Dawn il-membri saru jafu li Pawlu Pace lest li jagħmel ħsara lill-pazjenti biex jasal fejn għandu jasal. Dan għalihom mhux aċċettabbli.

 

Dawn il-membru stqarrew miegħi li hekk kif Pawlu Pace jispiċċa mill-union, huma jerġgħu jirritornaw.

 

Jaħasra! Kemm ma jafu xejn. Pawlu Pace mhux se jitlaq għax huma rriżenjaw. Pawlu Pace ikollu jitlaq jekk jibqgħu membri u jisfiduċjawh.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *