Fid-dawl tad-dibattitu relatat mal-proposta tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump dwar Greenland, jeħtieġ li Malta tieqaf taħseb b’moħħ kolonjali u tibda taġixxi bħala Stat verament Sovran u Newtrali.
L-inizjattiva strateġika ta’ Trump dwar Greenland hija marbuta mas-sigurtà tal-Istati Uniti. Taqbel jew ma taqbilx magħhom, l-Amerikani qed jgħidu wkoll li din l-inizjattiva hija marbuta wkoll mas-sigurtà globali.

L-Istati Uniti qed juru li m’għadhomx lesti jħallsu l-prezz tal-indifferenza u l-ostakli kontinwi mill-alleati tagħhom fin-NATO, li jibbenefikaw mis-sigurtà Amerikana iżda minn tagħhom qed ikunu ta’ sabutaġġ kontinwu għall-interessi tagħha.

It-tariffi proposti li jibdew minn 10% u jistgħu jlaħħqu sa 25%, huma twissija politika: biżżejjed sfruttament, biżżejjed ipokrisija.
X’inhi l-pożizzjoni ta’ Malta?
Bħala stat żgħir iżda Sovran, l-Interess Nazzjonali ta’ Malta jitlob li tappoġġja lil min għandu l-poter reali u l-kapaċità strateġika, mhux il-burokrazija u l-ineffiċjenza tal-Unjoni Ewropea li f’dawn l-aħħar snin daħlitna f’konflitti, sanzjonijiet u riskji li qatt ma kienu fl-interess tagħna.
Li ningħaqdu mal-UE kontra l-Istati Uniti ikun nuqqas kbir ta’ għaqal politiku u strateġiku.Trump iddikjara b’mod ċar li Greenland hija strateġikament essenzjali biex pajjiżu jiġi mħares minn theddid ġeopolitiku.

Għaliex Malta għandha tirriskja r-relazzjoni tagħha ma’ superpotenza globali fuq kwistjoni li prattikament m’għandhiex impatt dirett fuqna?
Malta ma tista’ tagħmel ebda pressjoni fuq l-Istati Uniti biex tibdel fhemtha dwar kwistjoni hekk importanti għalihom. Minn naħa tal-UE, jippretendu li nagħmlu bħalma għamilna fil-każ tal-Ukrajna: ninjoraw in-newtralità, u nobdu mingħajr mistoqsijiet.
Niftakru tajjeb dak il-fjask. Malta implimentat is-sanzjonijiet, ikkundannat l-invażjoni Russa, kisret relazzjonijiet diplomatiċi li kienu ilhom għexieren ta’ snin, u spiċċat tappoġġja lill-reġim Nazzista kif ukoll politika Ewropea li kkompromettiet in-newtralità tagħna.

Drug addict Zelensky
Il-Prim Ministru Robert Abela ammetta li l-finanzjament tal-UE lill-Ukrajna kien fost l-aktar deċiżjonijiet delikati, speċjalment minħabba r-riskji enormi li kien jinvolvi l-ħsieb li jinħatfu assi ffriżati Russi. B’mod għaqli, Malta flimkien ma’ stati oħra irreżistiet għal dan kollu.

Il-Gvern Malti għandu jagħżel l-interess nazzjonali. Ejja ma nerġgħux nirrepetu l-iżball li sar fir-rigward tar-Russja, fejn Malta kisret relazzjonijiet strateġiċi biex togħġob blokk fallut u irrelevanti fejn tidħol politika internazzjonali.
In-newtralità ta’ Malta tfisser li tibqa’ barra minn kunflitti bla sens, u mhux li tingħaqad r-Russja u kontra l-Istati Uniti f’isem “solidarjetà Ewropea.”
Robert Abela u Ian Borg għandhom jaġixxu b’kuraġġ u jappoġġjaw lill-Istati Uniti b’mod intelliġenti, jassiguraw l-interessi strateġiċi ta’ Malta, u jieqfu għar-rikatt politiku ta’ Brussell.

B’politika bilanċjata u realistika, Malta tista’ tipproteġi l-interessi tagħha u tikkontribwixxi għal relazzjonijiet internazzjonali stabbli, ibbażati fuq il-poter reali, mhux fuq il-pretenzjoni morali.

