Lejn l-implimentazzjoni tal Construction Industry Skill Cards: Workshop tal BCA jenfasizza r rwol tal ħiliet

Neville Gafa

~ 55 minutes ago

Lejn l-implimentazzjoni tal Construction Industry Skill Cards: Workshop tal BCA jenfasizza r rwol tal ħiliet

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), organizzat workshop tematiku fil BCA Education Hub li laqqa’ flimkien rappreżentanti mis settur tal kostruzzjoni, esperti fit taħriġ u istituzzjonijiet nazzjonali, inkluż il-Kunsill Nazzjonali għall-Ħiliet. L attività ffukat fuq l iSkill Cards u r rwol strateġiku tagħhom fil ħidma lejn industrija aktar professjonali, b’enfasi fuq il ħtieġa li jiġu indirizzati l lakuni fil ħiliet fis suq tax xogħol u fuq l importanza tal ċertifikazzjoni u t taħriġ kontinwu.

 

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard fl-intervent tiegħu enfasizza li r riforma fis settur tal kostruzzjoni mhijiex limitata għal tibdil regolatorju jew leġiżlattiv, iżda trid tkun akkumpanjata minn bidla kulturali li tgħolli l livell ta’ professjonalità, sigurtà u responsabbiltà fost il ħaddiema u l professjonisti.

 

 

 

 

Huwa sostna li l qofol tar riforma jibqa’ l bniedem u l ħila tiegħu, u li l futur tas settur jista’ jkun aktar sigur, sostenibbli u effiċjenti biss jekk is suq tax xogħol ikun ibbażat fuq ħaddiema imħarrġa, ċċertifikati u kapaċi jadattaw għat teknoloġiji u l istandards moderni li qed jevolvu b’pass mgħaġġel.

 

Il-Ministru tenna li mill 1 ta’ Jannar 2027 il bżonn tal Construction Industry Skill Card se jkun obbligatorju għax xogħol fuq kull sit tal kostruzzjoni. Spjega li din il miżura kienet ilha żmien tiġi diskussa, iżda l Gvern ried jiżgura li qabel ma tiġi implimentata jkun hemm reġim komplet u b’saħħtu fir regolamentazzjoni tal kuntratturi u l bennejja, biex l introduzzjoni tal-iSkill Card issir b’mod kredibbli u effiċjenti. Dan filwaqt li tenna l fiduċja tiegħu fil BCA, li kif wettqet riformi storiċi fis settur, se twassal ukoll din l inizjattiva importanti.

 

Dr Attard faħħar ukoll ix xogħol tat taqsima edukattiva tal BCA, li bl impenn tagħha qed tikkontribwixxi biex l industrija timxi lejn livelli aktar għoljin ta’ kwalità u professjonalità. Huwa laqa’ l involviment attiv tal Kunsill Nazzjonali tal Ħiliet, taħt il Ministeru tal Edukazzjoni, fil-proċess ta’ żvilupp u koordinazzjoni tal ħiliet fil-kuntest tal Viżjoni Malta 2050. Dan il koordinament, qal il Ministru, huwa prova ta’ kif l entitajiet pubbliċi jistgħu jaħdmu flimkien għal għan komuni: li jinbena settur tal kostruzzjoni modern, sigur u sostenibbli, b’standards li jirriflettu l aspettattivi tas soċjetà.

 

Fl għeluq tiegħu, il Ministru Attard rringrazzja lill parteċipanti kollha, lill fornituri tat taħriġ, lill Kunsill Nazzjonali għall-Ħiliet u lill BCA. Huwa afferma li l Gvern se jkompli jmexxi ’l quddiem il proċess ta’ implimentazzjoni sabiex tissaħħaħ il kultura ta’ responsabbiltà u titjieb b’mod sostanzjali l kwalità tal ħidma u s sigurtà fis siti tal kostruzzjoni fil pajjiż.

 

 

 

 

Fid-diskors tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-BCA, il-Perit Roderick Bonnici, spjega li s-settur tal-kostruzzjoni jinqasam f’erba’ proċessi differenti; it-twaqqigħ tal-bini, l-iskavar tal-blat, il-bini nnifsu u l-fażi tal-finaturi. Qal kif fl-aħħar sentejn l-Awtorità ħadmet qatigħ permezz tal-liċenzjar tal-kuntratturi u l-bennejja.

 

“Mis-sena d-dieħla, kull ħaddiem li jaċċessa sit ta’ kostruzzjoni, irid ikollu din l-iSkill Card fil-pussess tiegħu, liema dokument jaċċerta li l-ħaddiem ikun ħa t-taħriġ fis-saħħa u s-sigurtà u kif ukoll ikollu l-kwalitajiet meħtieġa fis-sengħa partikolari. Il-BCA, permezz tat-taqsima tal-edukazzjoni, bdiet diskussjonijiet ma’ istituzzjonijiet varji sabiex il-ħaddiema jibdew jingħataw it-taħriġ neċessarju, fl-istess waqt li l-Awtorità stess bdiet toffri korsijiet fis-saħħa u s-sigurtà f’siti ta’ kostruzzjoni,” temm jgħid il-Perit Bonnici.

 

Il-Konferenza inkludiet ukoll preżentazzjoni minn Martin Borg mit-Taqsima tal-Edukazzjoni fi ħdan il-BCA dwar il-lakuni fil ħiliet u preżentazzjoni mill-Kunsill Nazzjonali għall-ħiliet, rappreżentat minn Ruth Debrincat. Iċ Chairman tal-BCA, il-Perit Simon Saliba għalaq il-konferenza.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *