Alex Borg implikat fl-iskandlu tal-ġlieda nhar San Pawl

Neville Gafa

~ 57 minutes ago

Alex Borg implikat fl-iskandlu tal-ġlieda nhar San Pawl

Il-bieraħ dan is-sit żvela kif wara l-inċident li nqala’ waqt il-festa ta’ San Pawl Nawfraġju, il-Belt Valletta, bejn tifel Laburist Massimo Zammit u wieħed minn taċ-Ċorma, il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg ltaqa’ personalment mal-vittma fid-Dar Ċentrali, tal-Pietà.

 

Sorsi mid-Dar Ċentrali qalulna li din il-laqgħa mitluba minn Alex Borg saret il-Ħamis 11 ta’ Frar għal ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu. Dan ifisser inqas minn 24 siegħa wara l-inċident. 

 

Massimo Zammit

 

Dan huwa skandlu. Għaliex Alex Borg kellu jiltaqa’ ma Massimo Zammit, meta l-Pulizija kienu qed jippreparaw biex iressqu l-Qorti lil ħu s-segratarja privata tiegħu? Biex ibagħbas il-proċeduri?

 

Mhux mifhum għaliex il-Kap tal-Oppożizzjoni deherlu li għandu jiltaqa’ mal-vittma, meta skont ħafna li kienu preżenti saħqu li l-motiv li wassal għall-inċident ma kienx wieħed politiku.

 

Għaliex dan l-interess kollu mill-Kap Nazzjonalista?

 

Din l-imġieba aċċettabbli?

 

Jista’ jkun li l-Kap tal-Oppożizzjoni jaf oltre milli ġie irrappurtat fuq il-mezzi tax-xandir?

 

 

Dr. Mario Mifsud

 

Dan l-avviċinament ġie żvelat fil-Qorti mill-avukat Mario Mifsud li kixef l-aġir skandaluż ta’ Alex Borg.

 

Komplu segwu dan s-sit.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *