Ir-rapport kontra Marigold u Joseph u Michelle Muscat ibbazat fuq ittra anonima

Neville Gafa

~ 1 minute ago

Ir-rapport kontra Marigold u Joseph u Michelle Muscat ibbazat fuq ittra anonima

Bil-mod kif ħadem fil-każ tar-rapport dwar ir-rilaxx ta’ impjegati pubbliċi biex iservu ma’ għaqdiet voluntarji, l-Uffiċċju tal-Kummissarju ghall-iStandards fil-Ħajja Pubblika mmexxi mil-Prim Imħallef Emeritus Joseph Azzopardi u mid-Direttur Ġenerali Charles Polidano, ħoloq preċedenti xejn sbieħ.

 

L-ilment li żeffen fin-nofs lill-Fondazzjoni Marigold, lis-Sinjura Michelle Muscat u lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien ibbażat fuq ittra li l-Kummissarju nnifsu ddeskriva bhala ‘anonima’. Jirriżulta li xi ħadd għadda ittra anonima bl-allegazzjonijiet lill-Professur Arnold Cassola, li m għandux x’jagħmel ħlief li jressaq ilment wieħed wara l-ieħor lill-istess Kummissarju.

 

Cassola bħas-soltu għadda kollox lill-Prim Imħallef Emeritus anki jekk huwa stess qallu li ‘wieħed irid jimxi b’kawtela billi din hija ittra anonima’. Għal Cassola iżda xorta din l-ittra anomina kienet ‘timmerita investigazzjoni’. Fl-ittra lill-Kummissarju tal-iStandards, Cassola anki daħħal kummenti mill-iktar partiġġjani bħal ‘wara li l- poplu keċċa lil Joseph Muscat minn Prim Ministru f’Jannar tal-2019’, xi ħaġa li kulħadd jaf li mhux vera seħħet.

 

L- Eks Prim Imħallef Joseph Azzopardi

 

Fir-rapport tiegħu stess il-Prim Imhallef Emeritus Joseph Azzopardi jgħid li skont l-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika, l-Uffiċċju tiegħu huwa prekluż milli jieħu konjizzjoni ta’ allegazzjonijiet anonimi. Minkejja kollox iżda xorta tellaq investigazzjoni fuq l-ittra anonima ta’ Cassola għaliex qal li l-allegazzjonijiet waslu għandu permezz ta’ persuna li tat isimha u għalhekk iddeċieda li dak li hemm fil-liġi ma japplikax.

 

Il-Kummissarju nnifsu qal li jekk allegazzjoni toriġina b’mod anonimu, dan jista’ jdgħajjef il-kredibilità tagħha, tant li huwa jista’ jiddeċiedi li m’għandux jinvestiga l-allegazzjoni. Biss huwa ma ħax dan il-fattur in koniderazzjoni meta waslitlu l-ittra anonima li żeffnet fin-nofs lill-Marigold, lis-sinjura Michelle Muscat u lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat ghaliex qal li l-ittra kien fiha dawk li skont huwa kienu ‘dettalji’.

 

Bir-rispett kollu lejn kulhadd ftit li xejn jista jkollna fiducja f’rapport li biex sar l-Ufficcju tal-Kumissarju tal-iStandards ma sab ebda problema li jinjora dak li tghid il-ligi.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *