Xahar ilu, Dr. Joseph Muscat flimkien mal-familja tiegħu kienu l-mistiedna tal-Qdusija Tiegħu Papa Ljun XIV.
Tafu min ħareġ jikkundanna din iż-żjara? Il-kirurgu Kevin Cassar. Dan l-alla żgħir li jaħseb li r-reliġjon Nisranija tappartjeni biss għan-Nazzjonalisti. Jekk int Nazzjonalist, iva għandek dritt divin li tħaddan Ir-reliġjon Nisranija. Jekk int Laburist, allura hekk LE. Ejja ma ninsewx li dawn kienu jappoġġjaw il-fatt li jekk tkun Laburist ma tistax titgħammed fuq l-altar, iżda fis- Sagristija u bil-moħbi. Ma tistax tirċievi s-Sagramenti kollha, anke fuq is- sodda tal-mewt. Wara tindifen fil-miżbla.

Kevin Cassar, tipikament ta’ keyboard warrior – għandu ħafna arja meta jkun waħdu bil-qalziet ta’ taħt jikteb, iżda jiġġammja quddiem in-nies.
Fit-23 ta’ Settembru 2024 tajtu telefonata. Ma felaħx ikellimni. Beda jaħra taħtu waqt li kont qed nistaqsih mistoqsijiet. Tgħidx kemm laqlaq. Qatali u blokkjani. Ta’ kodard u bla bajd li hu.
Kevin Cassar miżżewweġ lit-tifla tal-eks Kap Eddie Fenech Adami. Xogħolu jivvomta kontra dak kollu li hu Laburist. Bħall-bqija ta’ familtu, Kevin Cassar iħoss li huwa aqwa minn kulħadd. Aqwa mill-istess Nazzjonalisti, aħseb u ara mill-Laburisti.

Kevin Cassar
Jemmen li l-Partit Nazzjonalista għandhom dritt divin imexxu lil Malta. Allura wieħed jista’ jimmaġina xi jfisser għalih Dr. Joseph Muscat. Dak it-tifel ta’ Burmarrad li kkastiga lill-PN għal bqija tal-eżistenza tagħhom fl-Oppożizzjoni.
Mela l-kelliem għall-familja Fenech Adami tkaża għaliex Dr. Muscat għamel żjara lill-Qdusija Tiegħu Papa Ljun XIV. Dan il-qaddis li akkwista annullament mill-Knisja ta’ Charles Ġuda fi żmien rekord, tgħidx kemm tkaża dalgħodu fuq The Sunday Times għaliex Dr. Muscat kien mistieden tas-Santita’ fil-Vatikan.

Sostna li kieku l-Qdusija Tiegħu kien jaf ma min kien se jiltaqa’, żgur li ma kienx jeħodha tajjeb.
Araw xi ħdura. Għax l-għira oħt il-ġenn.
Bħallikieku il-Papa ma kienx jaf min huwa Dr. Muscat.
Sadanittant, sena w nofs ilu, lil dan il- buġarrun kont bghatlu set ta’ mistoqsijiet, eżattament qabel ma għamilni blocked. Sal-lum, dan il-buġarrun baqa’ qatt ma wieġeb.
Din kienet il-komunikazzjoni tiegħi miegħu;
“Mr Cassar,
Jien Neville Gafa qed nibgħatlek biex twieġeb mistoqsijiet li diġà staqsejtek pubblikament. La temmen fit-trasparenza mhux se jkollok problema twiegeb. Qed nistenna tweġiba sal-lejla.
1. Lest li taħlef fil-Qorti li ma kien hemm l-ebda intervent biex int u martek jinħarġlkom Annullament doppju?
2. F’liema dati applikajtu int u martek għal annullament tagħkom u meta ħadtuħ?
3. Liema kuntratt għandek bħala kirurgu mħallas mit-taxxi tagħna, Contract A jew B?”
Bħall-eroj tiegħu s-saħħara tal-Bidnija, Kevin Cassar hu ‘keyboard warrior’ iżda ġifa quddiem in-nies.

