Merħba lil Dr. Fleur Abela bħala Kandidat Laburista fuq l-Ewwel Distrett

Neville Gafa

~ 6 hours ago

Merħba lil Dr. Fleur Abela bħala Kandidat Laburista fuq l-Ewwel Distrett

Għadha kif tħabbret il-kandidatura ta’ Dr Fleur Abela bħala Kandidat ġdida f’isem il-Partit Laburista. Dan is-sit jista’ jikkonferma li Fleur Abela se tkun qed tikkontesta fuq l-Ewwel Distrett Elettorali, dak tal-Belt Valletta, Hamrun, Marsa, Pieta u Santa Venera.

 

Dr Fleur Abela issaħħaħ il-kandidatura Laburista għall-elezzjoni li jmiss. Persuna ta’ twwemmin Soċjalista minn dejjem u ġejja minn familja Soċjalista. Nies bħal dawn hemm bżonn mhux opportunisti.

 

Fleur Abela

 

Fleur hija bint l-ex Deputat Mexxej Laburista Toni Abela li dam bl-uffiċċju l-Ħamrun iktar minn tletin sena u kellu ħafna klijenti. Toni Abela huwa bniedem li jħobb iż-żgħir u l-batut.

 

Merħba Fleur fil-familja Laburista speċjalment fuq l-Ewwel Distrett.

 

Fl-elezzjoni li ġejja nivvotaw lis-Soċjalisti veri u nħallu barra lil opportunisti. Irridu nibagħtu messaġġ lil dawk li jippretendu li jqabbżu l-queu u nivvotaw lis-Soċjalisti minn dejjem.

 

Il-Beltin, Marsin, Ħamruniżi, tal-Pietà u l-Vendriżi se jappoġġjawk Fleur.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *