Trump u l-Qerda tal-Ordni Globali: Il-Bidu ta’ Era Ġdida

Neville Gafa

~ 35 minutes ago

Trump u l-Qerda tal-Ordni Globali: Il-Bidu ta’ Era Ġdida

Konvint li l-Establishment f’pajjiżna mhux se jieħdu pjaċir b’dan l-artiklu.

 

Tul dawn l-aħħar erba’ snin, kull min isegwini jaf li dejjem kont konsistenti u ma ddejjaqtx nikteb u nitkellem kontra il-Liberaliżmu li litteralment ġab saħta fuq id-dinja li qed ngħixu fiha.

 

Illum nista’ ngħid b’ċertu konvinzjoni u sodisfazzjon li l-epoka misħuta tal-Liberaliżmu waslet fi tmiemha.

 

Qed ngħixu f’mument meta l-istorja se terġa’ tiftaħ il-ktieb tagħha. Xi epoki jispiċċaw bil-mod; oħrajn jintemmu b’ħoss qawwi ta’ kollass. Din l-epoka li qed ngħixu fiha hija waħda minn dawn.

 

 

Il-gwerra fl-Ukrajna u t-taqlib fil-Lvant Nofsani mhumiex avvenimenti iżolati. Huma żewġ kapitli tal-istess kriżi ta’ ċiviltà. L-ordni unipolari li ħakmet id-dinja wara t-tmiem il-Gwerra Bierda qed tidħol fl-aħħar fażi tagħha. Fażi ta’ tmiem inevitabbli.

 

Jgħidu x’jgħidu il-media mixtrija ta’ pajjiżna.

 

F’dawn il-mumenti, xi drabi il-protagonisti tal-Istorja ma jkunux il-bennejja, iżda l-qerrieda. Donald Trump jidher bħala wieħed minn dawn il-figuri hekk imsejħa paradossali. Filwaqt li pprova jsalva l-poter tal-Punent, fil-fatt kien hu stess li ħaffef il-proċess biex jiżżarma. Huwa qered il-maskri li għal snin twal ħbew il-mekkaniżmi reali tal-poter: il-lingwaġġ tal-liberaliżmu, il-moralità universali u l-pretensjoni li l-Punent jirrappreżenta l-futur tal-umanità.

 

Ma kienx il-każ. Illum ngħidu b’vuċi ogħla.

 

Il-maskil waqgħu. Id-dinja issa se tibda tara r-realtà mingħajr xinxilli. Mingħajr ebda dekorazzjonijiet. 

 


Trump għalhekk sar figura simbolika ta’ din l-epoka: Trump huwa
l-qerried tal-ordni qadima. Bosta drabi, l- Istorja stess telimina dawn il-figuri meta iċ-ċivilizzazzjoni tkun laħqet il-limiti tagħha.

 

Madankollu, l-istorja ma tħallix vojt. Ma tħallix vacuum. Meta imperu jitmermer, jinħolqu spazji ġodda. Il-kunċett ta’ dinja multipolari, jiġifieri dinja ta’ ċivilizzazzjonijiet differenti li jgħixu skont il-valuri tagħhom stess, illum aktar minn qabel qed jidher aktar bħala l-forma naturali tal-futur.

 

F’din il-viżjoni, kull ċivilizzazzjoni terġa’ ssib il-post tagħha:

 

Amerika għall-Amerikani.

 

Ewropa għall-Ewropej.

 

Russja għar-Russi.

 

Ewrasja għall-Ewrasjatiċi.

 

Ċina għaċ-Ċiniżi.

 

Iran għall-Iranjani.

 

Indja għall-Hindu.

 

Afrika għall-Afrikani.

 

Amerika Latina għall-popli tagħha.

 

Ordni bħal din ma tkunx imperu wieħed globali, iżda armonija ta’ ċivilizzazzjonijiet differenti, kull waħda bid-destin tagħha.

 

Illum il-Punent jidher bħal dragun qadim li ilu sekli jiddomina d-dinja. Iżda anke d-draguni għandhom Iż-żmien tagħhom. Għax kull bidu għandu tmiem. Meta jersaq it-tmiem tagħhom, isiru aktar vjolenti u aktar perikolużi, għax iħossu li l-istorja qed titlaq minn idejhom.

 

 

Din hija l-periklu tal-epoka tagħna.

 

Iżda l-istess kollass jista’ jkun ukoll il-bidu ta’ era ġdida. Dak li eżawrixxa lilu nnifsu m’għandux għalfejn jinżamm ħaj b’mod artifiċjali. L-istorja dejjem tfittex forom ġodda ta’ bilanċ. Tkun l-Istorja stess li titfilu l-magni li jżommuħ ħaj.

 

 

Ir-Russja. Fejn tidħol Ir-Russja?

 

F’din id-dinja ġdida li qed titwieled, ir-Russja trid tieħu l-post naturali tagħha. Mhux bħala oġġett tal-politika globali, iżda bħala s-suġġett sovran tal-Istorja. Ċivilizzazzjoni li ma titlobx dak li jappartjeni lil oħrajn, iżda li tifhem li l-ispazju Ewrasjatiku huwa parti mid-destin tagħha.

 

L-Ewrasja huwa l-akbar kontinent magħmul mill- Ewropa u l-Asja.

 

Ewrasja

 

L-Istorja tagħlaq kapitlu u tiftaħ ieħor. Għax kull bidu għandu tmiem.  U f’dawn il-mumenti, il-popli li jifhmu l-mument tagħhom huma dawk li jsawru l-futur.


Għax fl-aħħar mill-aħħar, mhux l-imperi li jibqgħu, imma ċ-ċivilizzazzjonijiet.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *