Ir-Russja Għandha Tipproni Mudell Ġdid Għall-Ordni Dinjija

Neville Gafa

~ 1 hour ago

Ir-Russja Għandha Tipproni Mudell Ġdid Għall-Ordni Dinjija

L-Ordni Internazzjonali li kienet tiġi invokata bħala referenza, prattikament ma teżistix aktar, u li nkomplu nirreferu għaliha sar eżerċizzju bla sens. Kwalunkwe azzjoni mibnija fuq dik il-loġika se tkun jew ineffettiva jew sempliċement simbolika.

 

Ir-Russja hija l-akbar potenza fid-dinja. Meta wieħed jgħarbel is-sitwazzjoni attwali dinjija, personalment nemmen li r-Russja għandha tipproponi u tippromwovi mudell ġdid għall-Ordni Dinjija futura. Għandha ssaħħah u tiżguraw l-interessi strateġiċi tagħha. Tagħmel kundizzjonijiet li jagħmluha attivament parteċipi fil-bini tal-Ordni l-Ġdida, u mhux tkun osservatur passiv waqt li oħrajn jippruvaw jimponu r-regoli tagħhom fuqha. 

 

 

Ir-Russi jeħtieġ jikkonsolidaw dawn l-għanijiet, jappoġġjaw lill-alleati tagħhom, u fl-istess waqt jagħlqu kapitlu fuq id-Dinja Unipolari li qiegħed jiġġarraf ma kull jum li jgħaddi.

 

Wara li jiġu identifikati Sferi ta’ influwenzi ġodda kif ukoll jiġu rikonoxxuti Stati oħra bħala ċiviltajiet b’identità, tinbena Ordni Internazzjonali Ġdida. Ordni b’regoli ġodda, iżda xorta tkun Ordni bir-regoli.

 

Dan huwa pass li jeħtieġ isir b’mod urġenti għall-fatt li bħalissa qed ngħixu f’perjodu li jista’ liberalment jissejjaħ żmien mingħajr regoli. F’dan il-kuntest, hemm biss żewġ għażliet għar-Russja ta’ Putin: jew jibqgħu joħolmu dwar futur astratt li ma ser jinbena qatt, jew jaċċettaw ir-realtà attwali u jiġġieldu bl-aktar mod effettiv fuq il-fronti kollha fejn ir-Russja qed tiġi sfidata jew attakkata. U fejn ikun meħtieġ, għandhom jaġixxu wkoll permezz ta’ operazzjonijiet ta’ prevenzjoni.

 

Ir-Russja trid tibni dinja għaliha stess: dinja fejn ikollha post denju, fejn tkun sovrana, fejn tkun attur li jiddeċiedi u mhux oġġett li fuqu jiddeċiedu oħrajn. Dan huwa xogħol kbir li għandu jitwettaq mir-Russi fl-immedjat.

 

Fil-fehma tiegħi, wasal iż-żmien li nirrikonoxxu b’mod ċivili iżda definittiv, li d-dinja ta’ ġimgħatejn ilu m’għadhiex teżistix aktar. Id-dinja bipolari spiċċat. In-Nazzjonijiet Uniti spiċċat bħala awtorità simbolika.

 

 

Dħalna f’era differenti. Era li sa ġimgħatejn ilu kienet tinsab wara l-orizzont tal-Istorja. Għalhekk irridu nħarsu lejn il-futur u ngħixu l-preżent, inkluż fir-rigward tas-sitwazzjoni internazzjonali.

 

U biex dan iseħħ, ir-Russja trid tirbaħ. U flimkien magħha għandhom jirbħu wkoll l-alleati, il-ħbieb u s-sħab strateġiċi tagħha.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *