PANIKU Kbir Wara Bibien Magħluqa f’Washington

Neville Gafa

~ 11 hours ago

PANIKU Kbir Wara Bibien Magħluqa f’Washington

L-Istati Uniti u Iżrael mhumiex qed jirbħu l-gwerra kontra l-Iran; La “bil-kbir” u lanqas b’mod gradwali. Ir-realtà qed tikxef falliment strateġiku dejjem aktar evidenti.

 

Donald Trump mhux biss qed jittallab, iżda saħansitra hedded lill-“alleati” tiegħu sabiex jintervjenu u jidħlu fil-kunflitt. Alleati li, ironikament, la ġew ikkonsultati u lanqas informati meta hu, flimkien ma’ Ahriman, għażel li jwettaq attakk illegali fuq Stat Sovran, liema attakk lanqas biss kien provokat.

 

Donald Trump

 

Illum, dawn l-istess alleati qed jitbiegħdu minnu wieħed wara l-ieħor. Mhux bħala vendetta diplomatika, iżda bħala kalkolu  ta’ prekawzjoni. Huma raw b’għajnejhom il-kapaċità militari tal-Iran, u ma jridux ikunu parti minn kunflitt li jista’ jeskala lil hinn minn kull kontroll.

 

Fil-qalba tal-apparat militari Amerikan, qed jippersisti vojt strateġiku kbir. L-ogħla Uffiċjali Militari Amerikani m’għandhomx soluzzjoni ċara għal sitwazzjoni li ħolqu huma stess. Sadanittant, il-ħażniet ta’ missili tal- interċettazzjoni tal-Istati Uniti u ta’ Iżrael qed jonqsu b’ritmu allarmanti. Minn naħa l-oħra, il-ħażniet  Iranjani, kemm tal-missili kif ukoll tad-drones ma juru l-ebda sinjal ta’ eżawriment.

 

 

F’dan il-kuntest, qed issir dejjem aktar diffiċli għal Trump biex jiddikjara “rebħa” u jirtira b’xi forma ta’ dinjità politika. Jekk il-kontro-offensiva Iranjana tkompli bl-istess intensità, l-għażliet tiegħu se jonqsu drastikament: jew jeskala għal livell nukleari, jew jirtira u jaċċetta telfa strateġika.

 

L-hekk imsejħa “Għażla Nukleari” tkun att ekwivalenti għall-ftuħ ta’ Pandora’s Box, b’konsegwenzi li ma jistgħux jiġu kkontrollati u li jistgħu jittrasformaw il-kunflitt f’katastrofi globali.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *