Żieda fl-Għajnuna għall-Carers fid-Dar

Neville Gafa

~ 2 hours ago

Żieda fl-Għajnuna għall-Carers fid-Dar

L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qed iżżid is-sussidju għal anzjani li jagħżlu li jibqgħu jgħixu fid-dar tagħhom b’carer. Permezz tal-miżura mħabbra fil-Budget 2026, aktar minn 1,100 anzjan u anzjana se jkunu eliġibbli għal għajnuna finanzjarja sa €9,000 fis-sena, biex ikomplu jgħixu b’mod indipendenti fil-komunità.

 

Din l-iskema tifforma parti minn investiment usa’ li għandu l-għan li jsaħħaħ il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani, billi jippermettilhom jibqgħu jgħixu fid-djar tagħhom filwaqt li jkollhom l-għajnuna meħtieġa ta’ carer.

 

Is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea ħeġġeġ lill-anzjani u l-familji tagħhom biex jagħmlu kuntatt għal aktar informazzjoni, filwaqt li enfasizza l-importanza ta’ dawn is-servizzi biex joffru aktar indipendenza u sigurtà fil-ħajja ta’ kuljum.

 

Tħabbar ukoll li ċ-Ċentru ta’ Anzjanità Attiva ta’ Ħad-Dingli se jiġi rinnovat biex joffri ambjent aktar modern u adattat għall-attivitajiet tal-anzjani.

 

Fl-istess waqt, qed jiżdiedu s-servizzi u t-taħriġ offrut fiċ-Ċentri ta’ Anzjanità Attiva, hekk kif dejjem aktar anzjani qed jipparteċipaw, b’żieda mistennija fin-numru ta’ parteċipanti matul din is-sena.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *