Il-Partit Laburista Jeħtieġ ‘New Thinking’ (2)

Neville Gafa

~ 5 minutes ago

Il-Partit Laburista Jeħtieġ ‘New Thinking’ (2)

“New Thinking” mhux slogan. Huwa att ta’ tiġdid. Huwa sejħa biex il-Moviment Laburista jerġa’ jifhem lilu nnifsu mhux biss bħala Amministratur tal-Istat, iżda bħala forza li tifforma r-realtà soċjali. Minn Partit li jmexxi, għal Moviment li jqanqal; minn Struttura li tirreaġixxi, għal intelliġenza kollettiva li tantiċipa.

 

Din il-viżjoni titlob trasformazzjoni mhux biss fil-politiċi, iżda fil-kultura tal-poter innifsu. Minn poter li jikkontrolla għal poter inklussiv. Minn Awtorità li tiddeċiedi, għal Awtorità li tisma’ u tifhem.

 

F’dan il-kuntest, huma ħamsa il-pilastri ta’ tiġdid:

 

 

Involviment taċ-Ċittadini

 

Il-politika ma tibqax qisha xi spettaklu li jiġi osservat, iżda spazju li jiġi maħluq b’mod kollettiv. Parteċipazzjoni li tmur lil hinn mill-konsultazzjoni u ssir responsabbiltà kollettiva.

 

 

Partit Laburista

 

Integrazzjoni tal-Movimenti Soċjali u ż-Żgħażagħ

 

Għax kull moviment li jitlef il-ġenerazzjoni ta’ għada, jitlef il-futur tiegħu. L-attiviżmu għandu jiġi assorbit fil-qalba tal-governanza, mhux miżmum fil-periferija.

 

 

Trasparenza u Prestazzjoni

 

Fejn il-fiduċja ma tibqax astratta, iżda ssir funzjoni ta’ kontabilità. Il-leġittimità moderna tinbena fuq evidenza, mhux fuq intenzjoni.

 

 

Governanza Aġli

 

Stat li ma jibqax reattiv, iżda jsir sistema ħajja, li kapaċi tadatta, titgħallem u taġixxi minnufih.

 

 

Tiġdid tat-Tmexxija

 

fejn il-poter ma jibqax ibbażat biss fuq l-awtorità formali, iżda fuq kwalitajiet aktar profondi: kuraġġ morali, empatija soċjali, u viżjoni li tgħaqqad.

 

L-akbar virtù storika tal-Partit Laburista dejjem kienet il-kapaċità tiegħu li jiġġedded mingħajr ma jitlef ruħu. Illum, il-mistoqsija mhix jekk għandniex nibqgħu kif aħna, iżda jekk għandniex il-kuraġġ li nsiru dak li għad irridu nkunu.

 

Għaldaqstant, il-ħtieġa mhix li nġeddu l-missjoni. Dik tibqa’ soda. Iżda li nwettqu rivoluzzjoni tal-metodu. ‘New Thinking’ mhux bħala eżerċizzju intellettwali, iżda bħala att tat-tmexxija. Li naġixxu b’kuraġġ u mingħajr biża’. U fuq kollox, li mmexxu mhux biss permezz ta’ pjan, iżda wkoll bl-immaġinazzjoni. 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *