The Fourth Political Theory: Bejn il-Kollass tal-Qadim u t-Twelid tal-Ġdid (2)

Neville Gafa

~ 2 hours ago

The Fourth Political Theory: Bejn il-Kollass tal-Qadim u t-Twelid tal-Ġdid (2)

F’din is-sensiela ta’ artikli se nkun qed nispjega fid-dettal xi tfisser u għaliex għandna nemmnu serjament f’The Fourth Political Theory.

 

Hija stedina biex noħolqu triq ġdida, aktar awtentika, li tikkorrispondi mhux biss mal-ħtiġijiet materjali tagħna, iżda wkoll mal-fond spiritwali u kulturali tal-eżistenza umana. F’epoka mimlija kaos u tkissir, din it-teorija  tiddistingwi ruħha bħala tentattiv li jerġa’ jingħata sens lill-ħajja politika u forsi wkoll lill-ħajja nnifisha.

 

 

F’ dan it-tieni artiklu se nkun qed nikteb dwar l-Eżawriment tal-Ideoloġiji Moderni.

 

Meta nħarsu lura lejn it-tliet ideoloġiji dominanti tal-era moderna, insibu li kollha, b’mod jew ieħor, waslu f’punt ta’ eżawriment.

 

L-ewwel waħda, dik li tqiegħed fil-qalba tagħha l-libertà individwali, is-suq ħieles u d-drittijiet universali dehret għal żmien twil bħala l-quċċata tal-iżvilupp politiku. Madankollu, illum qed naraw il-limiti tagħha b’aktar b’ċarezza. Il-libertà li twiegħed ħafna drabi tinbidel f’konsum bla skop; il-kultura titfarrak f’frammenti superfiċjali; u l-idea tat-“tmiem tal-istorja” tħalli warajha vojt eżistenzjali. Minflok kunflitt sinifikanti, għandna distrazzjoni kontinwa. Minflok sens, għandna simulazzjoni.

 

It-tieni ideoloġija, li ffukat fuq il-ġlieda tal-klassi u l-ugwaljanza kollettiva, kellha mumenti ta’ qawwa speċjalment fil-kritika tagħha tal-inugwaljanza u r-regħba. Iżda hija wkoll waqgħet taħt il-piż tal-materjaliżmu tagħha stess u tal-pretensjonijiet utopiċi li injoraw għal kollox il-kumplessità tal-bniedem. Meta l-bniedem jiġi ridott għal fattur ekonomiku, anke l-ġustizzja titlef il-fond tagħha.

 

It-tielet triq, mibnija fuq identità nazzjonali u għeruq kulturali, ippruvat tirreaġixxi kontra dawn iż-żewġ estremi. Madankollu, hija spiss ġiet eżawrita minn esklużjoni, ġerarkiji riġidi, u tensjonijiet li għamluha diffiċli biex tinżamm b’mod sostenibbli.

 

Fl-artiklu segwenti nitkellmu dwar “Il-Ħsara Komuni: Viżjoni Limitata tal-Bniedem.”

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *