Politika mingħajr Etika: Il-Wiċċ Veru ta’ Rebecca Buttigieg

Neville Gafa

~ 9 hours ago

Politika mingħajr Etika: Il-Wiċċ Veru ta’ Rebecca Buttigieg

Il-Ħadd, is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rebecca Buttigieg, li b’konsistenza u aggressività mexxiet ’il quddiem l-espansjoni tal-legalizzazzjoni tal-kannabis f’Malta, dehret quddiem il-kameras biex tfaħħar ftehim li jqiegħed lill-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) fil-qalba tal-finanzjament tan-nurseries tal-futbol tat-tfal.

 

Buttigieg, li ilha snin tiddefendi u tippromwovi r-riforma tad-droga kannabis, issa qed tippreżenta lill-istess awtorità regolatorja bħala benefattriċi tal-isports tat-tfal. Hija sostniet li dan il-ftehim “isaħħaħ il-missjoni tal-ARUC” billi jippromwovi l-isport bħala alternattiva għall-vizzji, inklużi d-drogi.

 

Dómine, miserére nobis 🙏

 

 

 

Hawnhekk tidħol kontradizzjoni fundamentali: l-istess struttura istituzzjonali li teżisti biex tirregola sustanza psikoattiva qed tiġi ppreżentata bħala forza preventiva kontra dik l-istess kategorija ta’ riskji.

 

Dan mhux biss paradoss, iżda huwa kunflitt morali galore.

 

Rebecca Buttigieg mhix xi spettatura f’dan il-proċess. Hija l-arkitetta politika ta’ dan il-mudell. Kienet minn ta’ quddiem nett fit-tfassil u l-promozzjoni ta’ qafas li daħħal il-droga kannabis regolata fis-soċjetà Maltija.

 

Dak li kien qed “jinbiegħ” bħala politika ta’ regolamentazzjoni qed jiġi riċiklat bħala strument ta’ leġittimità soċjali, u dan permezz ta’ inizjattivi li jinvolvu tfal, inklużi dawk li ġejjin minn realtajiet vulnerabbli.

 

Dan mhux att ta’ ġenerożità istituzzjonali. Dan huwa eżempju klassiku ta’ “image laundering”: l-użu ta’ inizjattivi soċjali biex titnaddaf il-perċezzjoni pubblika ta’ politika kontroversjali.

 

Rebecca Buttigieg

 

Għaliex awtorità li tirregola d-droga kannabis għandha tkun viżibbli u attiva fil-finanzjament ta’ attivitajiet għat-tfal?

 

B’din l-inizzjattiva qed tinħoloq rabta bejn regolatur tad-droga u spazji edukattivi u sportivi għat-tfal.

 

X’inhi l-intenzjoni għal din ir-rabta?

 

U dan huwa fejn il-problema ssir aktar serja. Għax ma tistax tinnormalizza sustanza u tippretendi li qed tiġġieled il-konsegwenzi tagħha permezz tal-istess struttura li tissorveljaha.

 

Hekk nieħdu ħsieb il-Familji tal-Futur?

 

Dan huwa ġenn ‼️

 

Rebecca Buttigieg

 

Bosta ġenituri li għamlu kuntatt ma dan is-sit urew id- diżapprovazzjoni tagħhom lejn dan l-iskandlu li seħħ bil-barka ta’ Rebecca Buttigieg tal-Human Rights. Il-protezzjoni tat-tfal titlob serħan il-moħħ, mhux konfużjoni. Meta jinqabżu l-linji mhux biss tintilef il-fiduċja, iżda l-kredibilità fl-Istituzzjonijiet.

 

Il-politika dwar id-droga u l-protezzjoni tat-tfal għandhom jibqgħu separati b’mod assolut u bla kompromessi. U fuq dan il-punt, Rebecca Buttigieg tal-Human Rights  għandha tagħti rendikont ċar lill-familji Maltin. Jekk le, allura se jkunu l-istess familji Maltin li juru d-diżapprovazzjoni tagħhom lejha fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss.

 

It-tfal tagħna jistħoqqilhom protezzjoni mill-Membri tal- Eżekuttiv, u mhux simboliżmu politiku.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *